Reference: 3/2001/1

Judgement Details


Date
13/01/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MANCHE' PAULINE vs DIRETTUR TAS-SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
FAMILJA - TIFSIRA - GHAJNUNA SOCJALI
Summary
L-appellanti kienet ilha tinghata ghajnuna socjali sa minn Lulju tal-1992. Fl- 2000, id-Dipartimentbaghat jgharraf lill-appellanti li ma kinitx ghadha intitolata izjed li tircievi ghajnuna socjali. L-appellanti kkontestat l-imsemmija decizjoni billi resqet appell lill-Arbitru b'ittra. Bejn id-datameta l-appellanti rceviet l-avviz mid-Dipartiment, sa dak inhar li ressqet l-appell quddiem l-Arbitru, hija kienet iddikjarat b'gurament li kien ilha tghix ma' Frank Zammit ghal madwar hames (5) snin.

L-aggravji tal-appellanti huma ta' zewg ghamliet: hemm aggravji li jattakkaw l-applikazzjoni tal-ligi min-naha tal-Arbitru, u hemm aggravji li jirreferu ghall-fatti kif mifhuma minnu u riflessi fid-decizjoni tieghu li minnha tressaq dan l-appell.

Ghar-rigward tal-ewwel ghamla ta'aggravji, l-appellanti tindika (a) tifsir hazin min-naha tal-Arbitru ta' x'tifhem il-ligi bil-kliem“dar”, “familja” u “kap ta' familja”. Hija tghid li, minhabba f'dan, l-Arbitru wasal ghal konkluzjoni zbaljata; (b) il-htiega li jigu applikati tifsiriet ta' kuncetti li jinstabu f'ligijiet ohrajn; u(c) il-hsara mgarrba minnha b'kawza ta' diskriminazzjoni mnissla mill-applikazzjoni zbaljata tal-ligi fil-konfront taghha.

Il-mira ewlenija tal-appellanti f'dan il-kaz hija dik li turi li hijaghadha l-“kap tal-familja” (maghmula minnha u minn bintha) u li Zammit, ghalkemm jghix fid-dar mikrija lilha, jikkostitwixxi “familja” ohra u separata li taghha huwa l-“kap”. L-istess haga jghid Frank Zammit meta, fl-affidavit tieghu, jinsisti li hu u l-appellanti “qatt ma ghexna bhala familja jewsahansitra bhala mizzewgin. Qatt ma kellna relazzjonijiet izjed minn dawk ta' hbiberija.” B'dawniz-zewg fatturi, l-appellanti trid tenfasizza li ladarba l-“familja” hija dik l-entita' li fi hdanhajitnisslu obbligi reciproci, la ma kienx hemm dawn l-obbligi bejnha u Zammit, allura ma jistax jitqies li hi u hu jikkostitwixxu “familja” jew “dar” ghall-finijiet tal-Att. Imma l-Qorti f'dan l-argument tara ntopp ghaliex ma tistax tifhem kif l-appellanti trid li ssir tassew applikazzjoni tan-normi tal-Kodici Civili dwar il-kuncett ta' familja meta fl-istess nifs il-kaz taghha jistrieh fuq l-asserzjoni li bejnha u Zammit m'hemm l-ebda rabta ta' familja. Fi kliem iehor, ladarba l-kuncett ta' familja kif mahsub fil-Kodici Civili huwa eskluz, l-appellanti ta' xejn invokat l-applikazzjoni tieghu, u jkollha, trid u ma tridx, terga' lura ghat-tifsiriet moghtijin fl-Att.

Imbaghad, wiehedirid jara jekk huwiex minnu li t-tifsiriet ta' “familja” u “kap tal-familja” li jinsabu fl-Att m'humiex cari, kif tippretendi l-appellanti.

Fl-ewwel lok irid jinghad li ghalkemm l-appellantitghid li l-Att ma jaghtix tifsira cara tal-kelma “dar”, jidher li hija kienet qeghda tirreferi ghall-kelma “familja”, ghaliex “dar” m'hija mfissra mkien specifikatament f'dik il-ligi. Min-naha l-ohra, it-tifsira ta' “familja” hija wahda elaborata u, f'kaz ta' beneficcji partikolari hemm imsemmija,hemm il-possibilita' li izjed minn persuna wahda li tghammar fl-istess dar ma' haddiehor titqies bhala “familja” ghaliha. L-Ghajnuna li kienet tircievi l-appellanti ma ntweriex li kienet wahda minndawn ic-cirkostanzi partikolari msemmija fit-tifsira. Mela, f'dan il-kaz, l-opinjoni tad-Direttur dwar jekk l-appellanti u bintha u Zammit jitqisux bhala familja wahda hija krucjali. Sakemm l-opinjoni tintwera li hija marbuta ma' fatti u cirkostanzi rejali, m'ghandux ghalfejn isir stharrig dwar jekk dik il-fehma hijiex tajba jew le. B'zieda ma' dan, irid jinghad li l-Qrati taghna wkoll kellhomokkazjoni jfissru kif ghandu jigi mifhum il-kuncett ta' “familja”: u dan mhux biss fil-ligi in generali, imma wkoll f'ligijiet specjali, u b'mod partikolari taht il-ligi dwar l-Assistenza Socjali. F'dawn id-decizjonijiet kollha, l-“familja” m'hijiex imliggma bil-kundizzjoni sine qua non ta' zwiegu lanqas ta' koabitazzjoni f'qafas ta' dak li llum jissejjah common law marriage, imma ta' konvivenza ta' zewg persuni jew izjed f'dar jew ambjent komuni b'attributi ta' qsim bejniethom ta' dak li jsehh fil-hajja taghhom.

Dwar it-tifsira ta' “kap ta' familja”, il-ligi hija skjetta u ghal darb'ohra thalli f'idejn id-Direttur biex iqis min, minn aktar minn persuna wahda li huwa jqis li jghixuflimkien bhala “familja”, huwa l-kap taghha. L-appellanti issottomettiet li l-agir tad-Direttur appellat li jqis lil Zammit bhala “kap” tal-familja taghhom kien wiehed diskriminatorju ghal raguni ta' sess. Il-Qorti tqis li, mill-fatti li kellu quddiemu d-Direttur u l-Arbitru u li jaghmlu parti wkoll mill-atti processwali ta' dan l-appell, ma johrog minn imkien li l-ghazla ta' min jitqies li hu“kap tal-familja” saret fuq bazi ta' sess. L-ghazla tad-Direttur bhala “kap ta' familja” bejn izjed minn persuna wahda ta' sess differenti li jghixu flimkien, bilfors trid tkun ghazla li taqa' fuqpersuna wahda, u sakemm il-“familja” ma tkunx maghmula minn persuni tal-istess sess, bilfors se' jkun hemm persuna ta' sess iehor li ma tigix meqjusa bhala “kap” ghall-finijiet tal-Att. B'daqshekk biss, ma tkunx saret diskriminazzjoni.

Madankollu, il-konsiderazzjonijiet li wettaq l-Arbitru fid-decizjoni appellata ma jurux li dan b'xi kod approva xi agir diskriminatorju tad-Direttur, jew lita tifsira mghawga tal-kuncetti tad-dritt. Lanqas ma jirrizulta lil din il-Qorti li d-decizjoni appellata hija msejsa fuq apprezzament zbaljat tal-oqsma legali li kienu jsawru l-kaz tal-appellanti,u ghalhekk il-Qorti ssib li l-aggravji tal-appellanti f'dan ir-rigward ma jistghux jintlaqghu.

Ghar-rigward tat-tieni ghamla ta' aggravji mressqin mill-appellanti, huwa principju llum accettatli, bhala regola, fi kwestjonijiet ta' apprezzament ta' provi jew fatti sottomessi, Qorti ta' revizjoni ma twarrabx bla bzonn id-diskrezzjoni tal-ewwel gudikant dwar dawk il-provi, u dan sakemm ma jkunx jidher fil-fehma tal-Qorti ta' Revizjoni li tali apprezzament ikun sejjer igib ingustizzja fid-dieher lill-parti jew jekk id-diskrezzjoni tal-ewwel gudikant tkun intuzat hazin. Dan il-principju jghodd ukoll fejn l-apprezzament tal-provi jsir minn tribunal jew korp li huwa fdat b'ligi li jaggudika.

Hekk kif Qorti ta' Revizjoni tasal ghall-fehma li tkun qablet ma' kwestjoni ta' dritt kifenuncjata mit-tribunal jew korp tal-ewwel grad u ma jkun hemm l-ebda kwestjoni ohra ta' ligi involuta fis-sentenza appellata, il-Qorti ta' Revizjoni tieqaf hemm u ma tindahalx fil-kwestjoni tal-fatti.

Huwa stabilit ukoll li ghal dak li jirrigwarda kwestjoni ta' kemm provi ghandhom jitwemmnuu dwar l-apprezzament taghhom, il-kriterju distintiv m'huwiex dak jekk minn kellu jiggudika emminx it-tifsira moghtija, imma jekk tali tifsira hijiex possibbli jew plawsibbli.

Fid-dawl ta' dawnil-principji kif applikabbli ghall-kaz, din il-Qorti jidhrilha li ma jista' bl-ebda mod jinghad lil-konsiderazzjonijiet maghmulin mill-Arbitru quddiem il-fatti li kellu quddiemu kienu tali li jonqsumir-ragonevolezza jew sahansitra r-rizultat ta' fehma parzjali. Ghalhekk, id-decizjoni li wasal ghaliha tidher li kienet konsegwenza logika ta' dawk il-konsiderazzjonijiet.

Il-Qorti ma tistaxf'dan il-waqt ma tqisx li, ghalkemm il-mottiv li ghalih l-appellanti setghet laqghet lil Frank Zammit f'darha ma ghandux rilevanza ghall-finijiet tal-Att fid-decizjoni milhuqa mid-Direttur appellat,m'ghandux b'dan jinftiehem li min ihenn ghal haddiehor qisu daqslikieku wettaq ghamil li tieghu l-ligi tikkastigah. Il-Qorti tassew tissimpatizza mal-appellanti jekk il-motiv wahdieni li tilqa' lilZammit ghandha kien tassew imqanqal mill-hniena lejh biex ma jispiccax jigri fit-toroq minghajr saqaf fuq rasu. Imma min hdan il-ligi nnifisha huwa moghti rimedju lill-appellanti,u dan billi, jekk ic-cirkostanzi jinbidlu, hemm il-probabilta' kbira li d-decizjoni tad-Direttur dwarha tigi riveduta kifjipprovdi l-artikolu 110 tal-Att.

Ghaldaqstant din l-Onorabbli tiddeciedi billi tichad l-appell ta' Pauline Manche' bhala mhux misthoqq fid-dritt, u b'hekk tikkonferma d-decizjoni moghtija mill-Arbitru fit-23 ta' Marzu, 2001 filwaqt li tordna li, minhabba c-cirkostanzi umanitarji u partikolari tal-kaz l-ispejjez ta' dan l-appell jibqghu minghajr taxxa bejn il-partijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info