Reference: 10/2001/1

Judgement Details


Date
13/01/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GATT ANTHONY vs DIRETTUR TAS-SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITT PUBBLIKU - GHAJNUNA GHALL-QGHAD
Summary
Minn ezami tal-kumpless tal-provi kollha prodotti f'dan il-kaz jidher li l-fond in kwistjoni jintuzaghal skopijiet li m'ghandhom x'jaqsmu xejn mar-residenza tal-appellant. Din pero` ma hiex ir-raguni migjuba fid-decizjoni appellata. Fil-fehma tal-Arbitru, il-kaz jirrikjedi investigazzjoni aktar approfondita minn dik li saret mid-Dipartiment. Ghal dawn ir-ragunijiet l-Arbitru rrevoka d-decizzjoni appellata b'dan li d-Direttur kellu jinvestiga dan il-kaz mill-gdid anke fid-dawl tar-rizultanziprocesswali ta' dan l-appell.

L-appellant ihoss ruhu aggravat mill-imsemmija decizjoni ghaltliet ragunijiet: fl-ewwel lok, huwa jghid li d-decizjoni appellata hija kontradittorja ghaliex ghalkemm hassret id-decizjoni tad-Direttur li jwaqqaflu l-Ghajnuna ghall-Qghad, xorta wahda ordnat lid-Direttur jerga' jinvestiga l-kaz mill-gdid; fit-tieni lok, l-appellant jibqa' jishaq li huwa joqghod tassew fl-indirizz imsemmi; u fit-tielet lok, ghaliex il-fatt li d-Direttur intalab mill-Arbitrubiex jistharreg il-kaz mill-gdid ma jintitolax lid-Direttur li jibqa' jcahhdu mill-hlas tal-beneficcju sakemm l-istharrig ikun ghaddej u minn jaf sakemm idum ghaddej.

Min-naha tieghu, d-Direttur appellat wiegeb ghall-aggravji tal-appellant billi qal li l-appell ma jqanqal l-ebda punt ta' dritt jew principju ta' siwi ghaliex il-kostatazzjonijiet maghmulin minnu u konfermati mill-Arbitru humadwar stat ta' fatt. Izid jghid li l-appell mhux imsejjes, la fattwalment u lanqas fid-dritt, minbarra li jmieri lilu nnifsu. Huwa ghamel il-verifiki tieghu u rrizultalu li l-appellant ma jghix fl-indirizz moghti,u m'ghandux obbligu li jghid fejn l-appellant qieghed tassew jghix.

Il-konsiderazzjonijiet ta' din il-Qorti jirrigwardaw l-aggravju tal-appellant li d-decizjoni appellata hija kontradittorja. L-appellant jirraguna li, ladarba l-Arbitru qataghha li jhassar id-decizjoni tad-Direttur appellat li jwaqqaf il-hlas tal-beneficcju, id-decizjoni kellha tieqaf hemm. Imma l-appellant qieghed jghid li, minkejja dik id-decizjoni, huwa xorta wahda baqa' mcahhad mill-Ghajnuna ghall-Qghaddaqslikieku tilef, u mhux rebah, l-appell.

Huwa principju llum accettat li, bhala regola,fi kwestjonijiet ta' apprezzament ta' provi jew fatti sottomessi, Qorti ta' Revizjoni ma twarrabx bla bzonn id-diskrezzjoni tal-ewwel gudikant dwar dawk il-provi, u dan sakemm ma jkunx jidher fil-fehma tal-Qorti ta' Revizjoni li tali apprezzament ikun sejjer igib ingustizzja fid-dieher lill-parti jew jekk id-diskrezzjoni tal-ewwel gudikant tkun intuzat hazin. Dan il-principju jghodd ukoll fejn l-apprezzament tal-provi jsir minn tribunal jew korp li huwa fdat b'ligi li jaggudika.

Huwa wkoll principju stabilit fil-qasam tad-Dritt Pubbliku li meta Qorti tistharreg l-operat ta' tribunal jewkorp li ghandu s-setgha bil-ligi li jaghti gudizzju, hija ghandha tillimita ruhha biex tqis jekk, fit-twettiq tal-funzjonijiet tieghu, tali tribunal jew korp ikunx hares il-principji ta' haqq naturali, jekk ikunx agixxa fil-parametri tal-ligi li bis-sahha taghha twaqqaf u jekk fl-ghoti tad-decizjoni tieghu jkunx kiser xi dispozizzjoni ta' ligi. Mela m'huwiex miftuh lill-Qorti li taghmel stharrig li tibdel il-gudizzju taghha ghal dak tat-tribunal jew korp li jkun, ukoll jekk ma taqbilx mal-konkluzjoni li tali tribunal jew korp ikun wasal ghaliha. Lanqas ma huwa mholli lill-Qorti li taghmelgudizzju dwar jekk hija tqisx id-decizjoni mistharrga bhala wahda siewja. F'dan id-dawl irid jigi meqjus l-aggravju tal-appellant dwar id-decizjoni tal-Arbitru minnu mpunjata.

Din il-Qorti tosserva li mkien fid-decizjoni appellata ma jinghad mill-Arbitru li l-Ghajnuna lill-appellant kellha titwaqqaf jew tibqa' mcahhda lilu. Il-parti dispozittiva tad-decizjoni appellata kienet semplicementit-thassir tad-decizjoni precedenti tad-Direttur appellat. Jidher li d-direttiva biex id-Direttur jerga' jistharreg il-kaz fid-dawl ta' dak li rrizulta waqt il-proceduri arbitrali ma kienet bl-ebda mod tfisser li l-Ghajnuna lill-appellant tibqa' mizmuma. Jekk sar hekk, dan kien il-mod kif id-Direttur appellat interpreta jew applika d-decizjoni appellata.

Il-Qorti tifhem li jekk dan huwa l-kaz, l-appell prezenti jew mhux imsejjes fid-dritt jew mhux il-procedura li l-appellant messu ha.Mhux imsejjes fid-dritt ghaliex ma jirrizultax li d-decizjoni appellata hija kontradittorja, billi ma hemm fiha l-ebda decizjoni li twaqqa' xi ordni ohra. Decizjoni wahda fiha s-sentenza appellata: dik li thassar id-decizjoni tad-Direttur li jwaqqaf il-hlas tal-Ghajnuna lill-appellant. Mhux il-procedura xierqa ghaliex l-aggravju tal-appellant jikkonsisti fl-imgiba tad-Direttur appellat b'effett ta' dik id-decizjoni appellata, u dak l-ghamil ma jigix indirizzat b'appell lil din il-Qorti mid-decizjoni tal-Arbitru, imma bi procedura ohra disponibbli lill-appellant taht il-ligi procedurali ordinarja.

Il-fatt li l-Arbitru, fil-parti dispozittiva tad-decizjoni tieghu, irrakkomanda li d-Direttur jaghmel investigazzjoni gdida fuq kawzali ohrajn ma hija xejn ghajr tismija ta' setgha li kemml-Arbitru u kemm id-Direttur appellat diga' jhaddnu fil-ligi (Artikolu 110 tal-Kap 318) - dik li jirrevedu d-decizjonijiet taghhom fic-cirkostanzi kontemplati mil-ligi nfisha. Fi kliem iehor, lanqasmill-aspett ta' operat tal-Arbitru fil-parametri ta' stharrig gudizzjarju tal-uzu tad-diskrezzjonitieghu ma jista' jinghad li d-decizjoni appellata hija ultra vires. Minghajr rakkomandazzjoni bhaldik, id-Direttur seta' dejjem u minn rajh xorta wahda beda stharrig iehor fir-rigward tal-appellantdwar l-eligibilita' ta' dan ghall-beneficcji mahsuba fil-ligi.

Izjed minn hekk mhux il-kazli din il-Qorti ttawwal aktar. U lanqas ma ghandha ghalfejn toqghod tqis il-kwestjoni ta' fejn tassew jghix l-appellant ghaliex, fl-ewwel lok, l-appellant ma qanqal l-ebda kwestjoni dwarha fir-Rikorstieghu u, izjed importanti, fit-tieni lok, ghaliex jidher li l-Arbitru nnifsu ma qiesx siewja d-decizjoni tad-Direttur mibnija fuq dik il-kawzali. U ladarba din il-Qorti ma tara li hemm xejn difettuz jew fondamentalment hazin fil-konkluzjonijiet li wasal ghalihom l-Arbitru, ma hux il-kaz li tindahal fl-uzu ta' dik id-diskrezzjoni. Huwa minnu l-Direttur appellat jerga' jinsisti - fis-sottomissjonijiet li saru quddiem din il-Qorti mill-abbli avukat difensur tieghu - fuq dak l-argument tal-posttar-residenza tal-appellant: imma dan jaghmlu fit-Twegiba tieghu ghar-Rikors tal-appell. Id-Direttur f'dan il-kaz m'huwiex l-appellant u ma appellax mid-decizjoni tal-Arbitru, u ghalhekk il-Qorti lanqas tista' tqis il-kwestjoni tal-veru indirizz tal-appellant ladarba appell fuq din il-kwestjoni masar minn hadd.

L-aggravji l-ohrajn tal-appellant huma marbutin sfiq mal-ewwel wiehed ghaliexjitnisslu minnu, u ghalhekk ladarba din il-Qorti ma sabet l-ebda siwi fid-dritt ghall-ewwel aggravju tal-appellant, isegwi li lanqas iz-zewg aggravji l-ohrajn m'huma rilevanti jew misthoqqa.

Ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti qeghda tiddeciedi billi tichad l-appell imressaq minn AnthonyGatt bhala mhux misthoqq fid-dritt u l-fatt u tikkonferma d-decizjoni appellata, bla hsara ghall-jedd tal-appellant ghal kull rimedju procedurali iehor spettanti lilu, imma, minhabba c-cirkostanzi partikolari tal-kaz, tiddeciedi li l-ispejjez ta' dan l-appell jibqghu minghajr taxxa bejn il-partijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info