Reference: 1/2001/1

Judgement Details


Date
13/01/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CASSAR TORREGGIANI WILLIAM vs DIRETTUR SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KAP. 318 - KONTRIBUZZJONI TA SIGURTA SOCJALI - PENSJONI
Summary
L-appellant ihoss ruhu aggravat mid-decizjoni tal-Arbitru ghaliex qieghed jghid li, ghalkemm ghal sentejn partikolari mill-ahhar ghaxar snin qabel irtira mix-xoghol kien iddikjara dhul baxx, huwa kienhallas l-oghla rata ta' kontribuzzjoni ta' sigurta' socjali ghall-imsemmija sentejn. Madankollu, meta d-Direttur hadem ir-rata ta' pensjoni li ghaliha l-appellant kien intitolat, dan ghadd id-dhul dikjarat tal-appellant tal-ahhar ghaxar snin u qata' l-medja. L-appellant jghid li, minhabba f'hekk,ir-rata ta' pensjoni li qieghed jircievi hija anqas minn dik li kien jircievi kieku l-appellat kienqies id-dhul ta' dawk is-sentejn fuq ir-rati ta' kontribuzzjonijiet ta' sigurta' socjali attwalmentimhallsin.

Il-ligi taghmilha cara li l-ghamliet kollha ta' pensjonijiet ghal min jirtira msemmijin fit-Taqsima V tal-Kapitolu 318 tal-Ligijiet ta' Malta jintrabtu mal-kriterju tad-dhul pensjonabbli tal-persuni eligibbli ghalihom. Dan jghodd ukoll fejn il-pensjoni tkun imsejsa fuq kontribuzzjonijiet akkreditati skont l-artikolu 16 tal-Att. “Dhul pensjonabbli” huwa mfisser bhala “l-paga jewsalarju bazici, jew dhul nett, jew qliegh, mahduma skont it-Tlettax-il Skeda”(Artikolu 2(1) tal-Kap.318).

Il-kwestjoni ta' kontribuzzjonijiet ta' sigurta' socjali titqies biss bhala wiehed mill-elementi kwalifikativi biex persuna tista' titlob hlas ta' pensjoni tal-irtirar. Dan qieghed jinghad fis-sens li l-ligi trid li l-persuna eligibbli tkun ghamlet medja ta' kontribuzzjonijiet li taqbez certu ghadd matul l-ahhar ghaxar snin qabel ma ssir it-talba ghall-hlas tal-pensjoni. Ma jidhirx li l-ammont imhallas taht tali kontribuzzjonijiet huwa, minnu nnifsu, kriterju ta' kemm sejra tkun ir-rata ta' pensjoni, ghaliex huwa meqjus li l-kontribuzzjonijiet huma dejjem imqabblin mal-ammont ta'dhul pensjonabbli. Kemm hu hekk, il-ligi ma hallietx li persuna li thaddem lilha nnifisha jew persuna li tahdem ghaliha nnifisha tibqa' taghzel, b'effett mill-4 ta' Jannar, 1988, ‘il quddiem, li thallas rata ta' kontribuzzjonijiet oghla minn dik li tapplika ghaliha skont id-dhul nett taghha - artikolu 10(3) tal-Kap 318 kif applikabbli skont l-Ghaxar Skeda (Taqsima II u III).

Dan kollu jwassal lill-Qorti ghall-fehma li l-kriterju normalment rilevanti li fuqu jrid joqghod id-Dipartiment meta jigi biex iqis id-dhul pensjonabbli ta' persuna li titlob li tibda tithallas pensjoni tal-irtirar (ghajr f'dawk il-kazijiet fejn il-persuna tkun diga' qeghda tircievi pensjoni ta' invalidita') huwa d-dhul dikjarat taghha matul dawk l-ahhar ghaxar snin, eskluzi zidiet f'tali dhul li ma jkunux meqjusin mid-Direttur bhala zidiet bona fide - Artikolu 58 tal-Kap 318.

Ghal dak li jirrigwardapersuna li thaddem lilha nfisha (bhalma kien l-appellant ghal tul l-ahhar tnax-il sena tal-hajja lavorattiva tieghu), huwa stabilit li tali dhul pensjonabbli jitqies bhala l-medja fis-sena tad-dhul nett ta' persuna li dwarha l-kontribuzzjoni dovuta tkun thallset matul l-ahhar ghaxar snin. Jigifieri,kif taraha l-Qorti, il-kriterju tal-kontribuzzjonijiet xierqa f'sena partikolari huwa rilevanti biss biex jaghmel id-dhul ta' dik is-sena “eligibbli” biex jintghadd ghall-finijiet tal-medja ta' dhulfl-ahhar ghaxar snin.

Madankollu, ghal dan il-principju generali l-Qorti tinnota kwalifika partikolari u krucjali ghall-finijiet tal-kaz li ghandha quddiemha. Kemm hu hekk, huwa stabilit li:

“meta matul l-imsemmija l-ahhar ghaxar snin kalendarji tkun thallset kontribuzzjoni fuq dhul nett li kien oghla minn dak li fil-fatt tkun irceviet, id-dhul nett mehud sabiex jinhadem dan il-kalkolu dwar xi sena wahda kalendarja partikolari jkun l-aktar wiehed gholi minn dan id-dhul nett kollu”.

Din il-kwalifika ta' kif ghandu jitqies id-dhul pensjonabbli meta l-ammont ta' kontribuzzjoni mhallsa jkun ta' “faxxa” li tisboq id-dhul nett li attwalment dik il-persuna taqla' f'sena partikolari hija eccezzjoni rilevanti ghall-kaz prezenti u l-Qorti jidhrilha li dan huwa kaz fejn il-ligivoluit et dixit.

Fil-kaz partikolari, ma kinitx ghazla tal-appellant li jhallas kontribuzzjoni oghla, imma kien kaz fejn qala' dhul anqas minn dak li kien jistenna. Lanqas ma' jidher li dan id-dhul dikjarat ma kien xi ghamil mala fide, u dan ghaliex ma kienx jaghmel sens ghall-appellant li jiddikjara dhul baxx meta kien jaf li dawk is-sentejn kienu krucjali bhala tnejn mill-ahhar ghaxar snin tal-hajja lavorattiva tieghu, u meta fis-snin ta' qabel u ta' wara d-dhul dikjarat tieghu rega' ghola. Ghalhekk, jidher li l-aggravju tal-appellant ghandu mis-sewwa u jisthoqqlu jintlaqa'.

Ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti tiddeciedi billi tilqa' l-appell tar-rikorrent mid-decizjoni moghtija mill-Arbitru fejn cahad l-appell tal-istess rikorrent biex jirrevedi r-rata ta' pensjoni tal-irtirar li ghaliha ghandu jedd, u ghalhekk thassar l-istess decizjoni; tordna lid-Direttur appellatbiex ihallas lill-appellant rata ta' pensjoni riveduta skont il-ligi applikabbli fir-rigward tieghuu li jhallas lill-appellant dik id-differenza li tirrizulta b'effett minn meta l-appellant kien eligibbli ghall-pensjoni; filwaqt li tikkundanna lid-Direttur appellat ihallas l-ispejjez ta' dan l-appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info