Reference: 6/2001/1

Judgement Details


Date
13/01/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
FELICE RANIER vs DIRETTUR TAS-SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
GHAJNUNA GHALL-QGHAD - GHAJNUNA SOCJALI
Summary
Dan l-appell qed isir mid-decizjoni tad-Direttur fejn cahad it-talba tal-appellant ghall-ghajnuna socjali ghad-disimpieg peress li ma kienx sodisfatt li l-appellant joqghod fl-indirizz moghti mill-appellant.

Il-provi prodotti huma kollha indikattivi li l-fond 80, Triq San Gwann, Gharghur ma hux abitat mill-appellant u konsegwentement l-Arbitru cahad l-appell.

L-appellant ihoss ruhu aggravat mill-imsemmija decizjoni ghal tliet ragunijiet: fl-ewwel lok, jibqa' jishaq li huwa joqghodtassew fl-indirizz imsemmi; fit-tieni lok, ghaliex il-fatt li f'post m'hemmx dawl u ilma ma jirrendix dak il-post bhala mhux abitabbli; u, fit-tielet lok, ghaliex jghid li, ladarba d-Direttur intimatqataghha li l-post mhux abitat mir-rikorrenti, l-istess intimat imissu jindika fejn tassew qieghed jghix ir-rikorrent.

Il-Qorti tirrileva li l-artikolu 109 tal-Kap. 318 ma jindikax bhala rekwizit f'appell minn decizjoni tal-Arbitru li l-aggravju jrid ikun jirrigwarda punt ta' dritt jew principju ta' siwi: tali kwalifika tinsab band'ohra fil-ligi, fil-kaz ta' appelli lill-Arbitru. L-ewwel eccezzjoni m'hijiex, ghalhekk, tigi milqugha.

Huwa principju llum accettat li, bhala regola, fi kwestjonijiet ta' apprezzament ta' provi jew fatti sottomessi, Qorti ta' revizjoni ma twarrabx blabzonn id-diskrezzjoni tal-ewwel gudikant dwar dawk il-provi, u dan sakemm ma jkunx jidher fil-fehmatal-Qorti ta' revizjoni li tali apprezzament ikun sejjer igib ingustizzja fid-dieher lill-parti jewjekk id-diskrezzjoni tal-ewwel gudikant tkun intuzat hazin. Dan il-principju jghodd ukoll fejn l-apprezzament tal-provi jsir minn tribunal jew korp li huwa fdat b'ligi li jiggudika.

Mill-kostastazzjonijiet maghmulin mill-Arbitru fuq il-fatti li kienu irrizultawlu sal-waqt tad-decizjoni tieghu, din il-Qorti tasal ghall-fehma li ma kien hemm l-ebda raguni ghaliex l-Arbitru jiddeciedi mod iehor.

Jista' jinghad li dan jghodd ukoll ghad-decizjoni tad-Direttur intimat. L-eligibilita' ta' persuna ghall-Ghajnuna ghall-Qghad hija mfissra fl-artikolu 30 tal-Kap.318. Fost il-htigiet li persuna li tapplika ghal ghajnuna bhal din trid turi, wiehed isib dak tal-post tal-abitazzjoni regolari taghha u dak li hija trid tkun “kap tal-familja” kif mifhuma mil-ligi. Dwar x'jikkostitwixxi“residenza” ghall-finijiet tal-Kap. 318, il-Qorti tinnota li huwa stabilit li dan ifisser li persunatghix b'certa grad ta' kontinwita', ghajr ghal assenzi accidentali jew ghal zmien limitat, f'post fejn normalment bniedem jorganizza hajtu.

Dawn il-kostatazzjonijiet jintrabtu mat-tieni aggravju tal-appellant. Kulma tista' zzid il-Qorti huwa li dak li jirrendi post bhala wiehed abitabbli normalment jintrabat mal-ezistenza ta' dak li huwa essenzjalment mehtieg biex wiehed jghix b'dinjita'.Din il-Qorti tqis li, fiz-zminijiet tal-lum, u b'mod partikolari f'kaz ta' persuni ta' certa eta'mhix kbira, in-nuqqas ta' kumditajiet bazici f'post zgur ma jitqiesx bhala fattur li jhajjar lil minjghix f'post bhal dak. In-nuqqas ta' provvista ta' servizz bhad-dawl u l-ilma jitqies minn din il-Qorti li jwaqqa' post ghal livell ta' sub-standard housing. B'zieda ma'dan, l-appellant donnu naqasli jzomm quddiem ghajnejh li c-cahda tat-talba tieghu ghall-ghoti ta' Ghajnuna ghall-Qghad ma kinitx ghaliex l-indirizz li ta kien dwar post inabitabbli, imma ghaliex hu nstab li ma kienx jghix f'dakl-indirizz. Jigifieri, sata' kien post mghammar ghal kollox u bil-kumditajiet ohrajn, u xorta wahda t-talba tieghu ma kinitx tintlaqa'. Il-kostatazzjonijiet maghmulin mill-ispetturi tad-Dipartimentma kinux limitati biss ghal-livell ta' kwalita' tal-bini, imma wkoll ghall-uzu li kien (jew ma kienx) isir minnu mill-appellant.

It-tielet aggravju tal-appellant ghandu l-ghamla ta' sejha biexl-intimat appellat jipprova fejn, skont hu, hija d-dar residenzjali tal-appellant. Il-Qorti ssib li l-konkluzjoni li wasal ghaliha l-Arbitru fid-decizjoni appellata kienet dik logikament mistennijafid-dawl tal-provi u l-istqarrijiet li kellu. Ma huwiex mistenni li, mwettaq dan l-obbligu, l-Arbitru messu talab lid-Direttur appellat li jgib il-prova ta' fejn, fil-fatt, joqghod l-applikant.Ghall-kuntrarju, fuq l-iskorta tal-principju li min jallega jrid jipprova, kien jaqa' fuq l-appellant li jaghti tifsira kredibbli kif l-indirizz moghti minnu kien tassew ir-residenza ordinarja tieghu fid-dawl ta' dak li ngieb bhala kostatazzjonijiet fattwali li jissemmew izjed ‘il fuq. L-appellant dan naqas ghal kollox li jaghmlu u ma ta lill-Qorti l-ebda raguni ghaliex ghandha taqleb id-diskrezzjoni ul-konkluzjoni li wasal ghaliha l-Arbitru fid-decizjoni appellata.

Ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti tiddeciedi billi tichad l-appell imressaq minn Ranier Felice bhala mhux misthoqq fid-dritt ul-fatt u tikkonferma d-decizjoni appellata, bl-ispejjez kontra l-appellant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info