Reference: 1434/2001/1

Judgement Details


Date
14/01/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
AGIUS ALFRED vs MONTEBELLO PETER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AZZJONI, PERSONALI - AZZJONI, REALI - DRITTIJIET, DRITT PERSONALI - DRITTIJIET, DRITT REALI - ECCEZZJONIJIET, META ECCEZZJONI TEZORBITA MILL-KOMPETENZA TAL-QORTI - ENFITEWSI, AZZJONI GHALL-HLAS TA` ARRETRATI TA` CENS HIJA TA` NATURA PERSONALI - ENFITEWSI, AZZJONI PERSONALI U AZZJONI REALI - ENFITEWSI, MOROZITA` FIL-HLAS TAC-CENS - KOMPETENZA, DIPENDENTI FUQ L-ATT PROMOTUR TAL-KAWZA
Summary
Hu l-att promotur kif intavolat, it-talbiet u l-premessi taghhom li jifformaw il-parametri li fihomil-qorti kellha tezercita l-gudizzju taghha u li allura jiddeterminaw il-kompetenza taghha. Jista'pero` jaghti l-kaz ukoll illi din l-istess kompetenza tigi ezawtorata "ope exceptionis" bl-impunjazzjoni tal-obbligazzjoni principali u ghalhekk jinghad ukoll illi "l-kompetenza ma tiddependix bilforsu unikament mit-talba tal-attur imma tista' tiddependi wkoll, fejn ikun il-kaz, mill-eccezzjoni tal-konvenut". Dan jista' jigri billi l-Qorti tigi necessarjament mitluba bhala konsegwenza ta' l-eccezzjonijiet moghtija u bhala parti mill-process biex tiggudika t-talba quddiemha li tikkunsidra u tiddeciedi obbligazzjonijiet bejn il-kontendenti li jeccedu l-kompetenza taghha. Dan ifisser illi f'kazijiet simili l-kompetenza tal-Qorti hija finalment determinata mill-indoli ta' l-obbligazzjoni in relazzjoni ghall-obbligat".

Fid-Dritt l-azzjonijiet civili jiddistingwu ruhhom f'azzjonijiet personali u azzjonijiet reali. L-azzjoni personali hi dik li tigi ezercitata kontra l-individwu personalment li jkun obbligat li jaghti, jaghmel jew ma jaghmelx haga, sabiex jigi kkundannat jadempixxil-obbligazzjoni tieghu; u f'dina l-ispeci ta' azzjoni l-oggett taghha principali hija l-persuna, mentri l-haga hija l-oggett ulterjuri u sekondarju; mentri l-azzjoni reali ma titnisselx minn obbligupersonali tal-konvenut, imma minn dritt li l-attur ikollu fuq il-haga reklamata, indipendentement minn kwalukwe obbligazzjoni personali tal-konvenut, b'mod li dina l-azzjoni tigi ghalhekk dejjem ezercitata, tkun min tkun il-persuna li tippossjediha.

L-azzjoni ghall-hlas ta' arretrati ta' censhi allura azzjoni personali "par excellance".

Huwa evidenti hafna illi meta l-ligi tikkwalifika n-natura tal-jeddijiet tal-padrun dirett u tac-censwalist bhala immobiljari dan ma jfisserx ukoll illi kull azzjoni naxxenti minn dawn l-istess jeddijiet ghandha per forza titqies dejjem bhala wahda reali. Dan, kif gja fuq manifest, jiddependi minn dak li qed jintalab fl-azzjoni partikolari.

Huwa innegabbli li l-'canone' huwa oneru impost fuq l-enfitewta, konsiderat bhala rikonoxximent tar-rapport li jghaqqad l-enfitewta mal-padrun dirett u allura meqjus bhala korrispettiv tal-utilita` li ta' l-ewwel jircievi minghand it-tieni. Dan hu ben precizat fl-Artikolu 1494 tal-Kap 16.

Proprju f'dan l-istess rapport il-ligi tipprovdi lid-direttarju b'mezzi ta' azzjonijiet ghal fini li jirrealizza l-hlas tac-cens lilu dovut:

Mezz semplici hu dak dirett ghal hlas tal-'canone' minghand l-enfitewta. Mezz dan li jibqa' jsegwi lic-censwalist anke fejn dan jaljena l-fond minghajr il-kunsens tal-padrun dirett u min jakkwista ma jkunx maghruf minn dan (Art 1509(1)).

Mezz iehor hu dak koncess lill-istess direttarju li jirriskwota l-hlas tac-cens minghand l-akkwirent uterz possessur anke fejn dan ma jkunx maghruf minnu (Art 1509(2)).

Mezz iehor, imbaghad, hul-hall ta' l-enfitewsi meta ma jithallasx ic-cens, kif hekk dettat fl-Artikolu 1517 tal-Kodici Civili.

Ghalhekk mill-kuntratt ta' enfitewsi jitwieldu zewg azzjonijiet: dik personali ghall-hlasta' arretrati ta' cens u dik reali jew mista ghar-rizoluzzjoni tac-cens f'kaz ta' inadempiment.

L-azzjoni mista hi l-kumulu tal-azzjoni personali mal-azzjoni reali. Din tavvera ruhha f'kaz fejn id-dominus jitlob tant ir-rizoluzzjoni tal-kuntratt kontra l-enfitewta tant ir-radd tal-haga minghand il-possessur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info