Reference: 199/2003

Judgement Details


Date
06/01/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs CAUCHI GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ESTRADIZZJONI, META TREGGIEGH LURA JISTA` JITQIES INGUST JEW OPPRESSIV - ESTRADIZZJONI, ZMIEN RELEVANTI
Summary
L-Artikolu 8(1) tal-Kap. 276 jipprovdi li biex reat li bih persuna tkun akkuzata fil-pajjiz rikjedent jikkwalifika bhala "reat ta' estradizzjoni" irid jissodisfa tliet kriterji:

A. ikun reat kopert bl-arrangament bejn il-pajjiz rikjedent (cioe` l-pajjiz li jkun qed jitlob it-treggigh lura) uMalta;

B. ikun reat li dwaru wiehed jista' jehel skond il-ligi tal-pajjiz rikjedent il-pienata' prigunerija ghal zmien ta' tnax-il xahar jew aktar; u

C. "l-eghmil jew nuqqas li jikkostitwixxi r-reat, jew l-ghemil jew in-nuqqas ekwivalenti kien jikkostitwixxi reat kontra l-ligi ta' Malta li kieku sar f'Malta jew, fil-kaz ta' reat extra-territorjali, fl-istess cirkostanzi barra minn Malta".

Ghall-finijiet tal-Artikolu 8 ma jaghmilx sens li wiehed ihares lejn id-data meta saret it-talba ghall-estradizzjoni. L-ezercizzju li jrid isir ghall-finijiet ta' l-imsemmi Artikolu 8 suppost li jsir ukoll (mill-awtoritajiet tal-pajjiz rikjedent) qabel ma tkun saret it-talba ghall-estradizzjoni, b'mod li l-unika data li dak li jkun ikun fadallu biex jirreferi ghaliha fil-passat ghall-finijiet ta' twegiba ghall-mistoqsija hawn aktar 'l fuq maghmula hija d-data ta' meta allegatamentsar ir-reat li fil-konfront tieghu tkun qed tintalab l-estradizzjoni.

Biex treggigh lura jista' jitqies ingust irid jirrizulta, imqar fuq bazi ta' probabbilita`, li l-appellant sejjer b'xi modjigi pregudikat kontra l-ligi fil-process kontra tieghu li talvolta jigi celebrat fil-pajjiz rikjedent; u biex tali treggigh jitqies oppressiv irid jirrizulta (dejjem imqar fuq bazi ta' probabbilita`)li minhabba tibdil fic-cirkostanzi personali ta' l-appellant huwa ser isofri "hardship" li jeghlebl-esigenzi tal-ko-operazzjoni internazzjonali fl-amministrazzjoni tal-gustizzja. Fi kliem iehor, irid jirrizulta lill-Qorti li minhabba xi wahda mir-ragunijiet imsemmija fil-paragrafi (a), (b) jew (c)tal-Artikolu 20 tal-Kap. 276 ikun "unfair" li l-appellant jitregga' lura.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info