Reference: 15/2003

Judgement Details


Date
05/01/2004
Court
CRIMINAL
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs SIMON XUEREB
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DROGA, ASSOCCJAZZJONI - KUMPILAZZJONI, ZBALL FL-INDIKAZZJONI TAL-QORTI FIT-TRASKRIZZJONIJIET TAX-XHIEDA
Summary
L-artikolu 395 tal-Kap. 9 jiddisponi li l-ezami tax-xhieda u tal-imputat ghandu jigi iffirmat mill-Magistrat.

L-artikolu 398 (1) tal-Kap. 9 jiddisponi li:-

"Jekk qabel ma jigi ffirmat att, ikun mehtieg isir fih xi tibdil, korrezzjoni jew zieda, dawn ghandhom isiru b'postilla taht l-att u qabel ma dan jigi ffirmat. It-tibdil, il-korrezzjoni jew iz-zieda li jinhtiegu jsiru wara li l-att jigi iffirmat, ghandhom isiru b'postilla fil-gemb."

u s-subinciz (3) jghid li:-

"Il-Magistrat ghandu jiffirma ukoll dawk il-postilli jew tahsiriet."

Saret ukoll riferenza ghall-artikolu 98 tal-Kap. 12 rez applikabbli ghall-proceduri penali bl-artikolu 520 tal-Kap.9 u dan l-artikolu jiddisponi li:-

"L-atti gudizzjarji maghmulin bis-sahha ta' att null jew li gejjin minn att null, huma wkoll nulli."

Hawnhekk it-traskrizzjoni tal-maggoranza tad-depozizzjonijiet tax-xhieda fl-atti tal-kumpilazzjoni bi zball saru taht intestatura ta' "Qorti Tal-Magistrati (Malta) Bhala Qorti Ta'gudikatura Kriminali" u cioe' minnflok "Bhala Qorti Istruttorja". Id-Difiza argumentat li t-traskrizzjoni ta' din ix-xhieda kienet inammissibbli.

L-uniku rekwizit li timponi l-ligi dwar l-ezami tax-xhieda u tal-imputat hija li dawn iridu jigu iffirmati mill-Magistrat li jkun qed imexxi l-kumpilazzjoni.

Proprjament ma hemmx zewg qrati, fis-sens ta' Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali u Qorti tal-Magistrati bhala Qorti Istruttorja. L-Artikolu 367 huwa car dwar dan: hemm qorti wahda - Qorti tal-Magistrati - ghall-Gzira ta' Malta u qorti ohra ghall-Gzejjer t'Ghawdex u Kemmuna. Kull wahda minn dawn ghandha zewg attribuzzjonijiet: bhala qorti ta' gudikatura kriminali ghar-reati ta' kompetenza taghha u bhala qorti istruttorja ghar-reati ta' kompetenza superjuri."

Il-Qorti irriteniet li d-difett lamentat mid-difiza mhux tali li jirrendi t-traskrizzjoni mhux "konformi mall-precett tal-ligi" ghaliex l-uniku precett li timponi l-ligi hu li it-traskrizzjoni tax-xhieda trid tkun iffirmata minn Magistrat u dan il-precett gie fil-fattosservat. L-intestaura dattilografata mit-traskriuttur ma kienetx mehtiega "ad validitatem" u kienet superfluwa.

Issa skond l-artikolu 22 (1) (f) tal-Kap.101 ikun hati ta' reat kontra l-Ordinanza kull min:-

"jassocja ruhu ma xi persuna jew persuni ohra f'Malta jew barra minn Malta sabiex ibiegh jew jittraffika medicina f'Malta kontra d-dispozizzjonijiet ta' din l-Ordinanza, jew li jippromwovi, jikkostitwixxi, jorganizza jew jiffinanzja l-assocjazzjoni"

U skond l-artikolu 22(1A) tal-Kap.101:-

"L-assocjazzjoni ta' persuni imsemmija fil-paragrafu (d) u (f) tas-subartikolu precedenti tezisti malli jigu kkumbinati jew miftehma l-mezzi, ikunu li jkunu, li bihom dawk il-persuni ghandhom jimxu."

L-elementi kostituttivi tar-reat ta' assocjazzjoni kontemplat fil-Kap.101 dejjem gew ritenuti li huma erba u senjatament: 1. iz-zmien li fih ikun sar ir-reat; 2. li jkun hemm mill-inqas persuna ohra, kienet minn kienet f' Malta jew barra minn Malta, li tkun involuta, 3. sabiex tigi traffikata d-droga; u 4. li jkun hemm il-ftehim dwar il-mod kif din id-droga ser tigi traffikata. It-traffikar ghandu definizzjoni wiesgha u din tinkludi mhux tfisser kwalsiasi movement ta' droga minn id ghal id kemm versu korrispettiv kif ukoll b' mod gratuwitu. U ma hemmx ghalfejnelementi ohra bhal per ezempju prova li id-droga tkun effettivament ghaddiet minn id ghal id jew ligiet importata, ghax anki semplici offerta hija bizzejjed.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info