Reference: 1843/1997/1

Judgement Details


Date
14/06/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A.
Parties
DECMAN CO. LTD. vs CARMELO CARUANA SHIPPING LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
VETTURAL, ONERU TAL-PROVA DWAR RESPONSABILITA` - VETTURAL, RESPONSABILITA` GHAL SUB-APPALTATURI U TERZI - VETTURAL, RESPONSABILITA` TA`
Summary
Ir-responsabilita` tal-vettural hija regolata bl-artikolu 1628 tal-Kodici Civili, u cioe' illi ghandu dwar il-kustodja u l-harsien tal-hwejjeg fdati lilu bl-istess obbligi tad-depozitarju, m'ghandux ikun hemm kwistjoni ghax dan huwa hekk. L-artikolu 1630 imbaghad, jispjega illi l-vettural huwa obbligat inter alia ghall-hsarat li jigru fl-oggett meta ma jippruvax illi l-haga ntilfet jew gratilha hsara b'accident jew b'forza magguri u minghajr il-htija tieghu.

Persuna li tfittex vettural ghal danni ghandha l-oneru li tipprova illi dahlet f'kuntratt ta' garr ta' merkanzija mal-konvenut; illi l-merkanzija giet ricevuta mill-konvenut fi stat tajjeb, u li meta waslet ghand id-destinatarjuma kienetx ghadha f'tali kondizzjoni imma kienet tinsab danneggjata. Minn hawnhekk il-quddiem l-oneru jinqaleb s'intendi fuq il-konvenut li ghandu l-obbligi kontrattwali tieghu u kif regolati mhux biss mill-kuntratt imma anke mil-ligi.

Vettural ma jistax jinheba jew jistrieh wara l-paraventu tal-persuni ohrajn li ppartecipaw fit-trasport. Dana ghaliex ir-responsabilita' kontrattwali tieghu kienet hemm u baqghet hemm u se mai twieldu relazzjonijiet guridici ma' haddiehor li fir-rigwardtal-attur huma res inter alios acta.

Nuqqas ta' diligenza da parti ta' xi hadd, kien min kien, m'huwiex tali li pero' jiskolpa r-responsabilita' tal-vettural vis-a'-vis l-attur, ghalhekk jekkil-vettural qabbad appaltaturi jew sub-appaltaturi ohra jirrispondi ghalihom hu fit-termini ta' l-artikolu 1642 tal-Kodici Civili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info