Reference: 116/1998/1

Judgement Details


Date
15/12/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ZERAFA JOHN ET vs AZZOPARDI SPIRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET MINGHAJR IL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET PERMISSIBBLI
Summary
Huwa minnu li in tema ta' dritt skond il-ligi komuni jezisti l-obbligu li ma jsirux alterazzjonijietfil-fond mikri. Dan kif espressament sanzjonat bl-Artikolu 1564 (1) tal-Kodici Civili li inekwivokabilment jipprovdi illi "l-kerrej, matul il-kiri, ma jista' jaghmel ebda tibdil fil-haga mikrija minghajr il-kunsens ta' sid il-kera ."

Ma' dan l-artikolu hemm abbinat l-obbligu legali l-iehorimpost fuq il-kerrej li jgawdi u jinqeda bil-haga mikrija bhala missier tajjeb tal-familja u skond l-uzu miftiehem jew prezunt (Art 1554 tal-Kodici Civili).

Issa kif ormaj pacifikament akkolt l-obbligu succitat taht l-Art 1564 (1) gie sew temprat mid-dottrina guridika. Huwa fil-fatt dottrinalment accettat illi l-kerrej ma huwiex inibit li jaghmel kwalunkwe modifikazzjonijiet specjalment meta dawn ikunu necessarji jew utli ghat-tgawdija tal-fond u ghal bzonnijiet tieghu.

Ma jistaxwiehed a priori u b'mod generali jistabilixxi liema modifikazzjonijiet fil-haga mikrija huma legittimi u liema le. Wiehed ghandu dejjem ihares lejn ic-cirkostanzi partikolari tal-kaz u in partikolarilejn il-professjoni, arti jew sengha tal-inkwilin, l-uzu li ghalih ikun inkera l-fond, il-kunsens espress jew prezunt tal-lokatur u anki l-epoka li fiha jkunu saru l-modifikazzjonijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info