Referenza: 782/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/12/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BORG PAUL ET vs VASSALLO JANE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA - ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA - TISTA` TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO - ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA GHANDHA TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO - ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA RATIONAE MATERIAE - ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA RATIONAE VALORIS - ECCEZZJONIJIET, KOMPETENZA TRID TIGI DETERMINATA MILL-QORTI LI QUDDIEMHA TIGI SOLLEVATA - ECCEZZJONIJIET, META ECCEZZJONI TEZORBITA MILL-KOMPETENZA TAL-QORTI - KOMPETENZA RATIONAE VALORIS, TALBA B`VALUR INDETERMINABBLI - KOMPETENZA, DIPENDENTI FUQ L-ATT PROMOTUR TAL-KAWZA - KOMPETENZA, PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI - KOMPETENZA, QORTI TAL-MAGISTRATI MA TISTAX TIDDECIEDI KWISTJONIJIET DWAR DRITTIJIET REALI - KOMPETENZA, QORTI TAL-MAGISTRATI MA TISTAX TIDDECIEDI KWISTJONIJIET TA` VALUR INDETERMINAT - KOMPETENZA, TISTA` TIDDEPENDI FUQ L-ECCEZZJONI TAL-KONVENUT
Fil-Qosor
Il-kompetenza "ratione materiae" jew "ratione valoris" hi ta' ordni pubbliku u ghalhekk ghandha tigisollevata ex ufficio.

Inoltre, l-inkompetenza lanqas tista' titwarrab bi ftehim bejn il-partijiet.

Il-fatt li l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza sollevata ma gietx ittrattata ma kienx, u ma kellux ifisser, illi l-Qorti ta' l-ewwel grad setghet tevita r-responsabilita` li tindaga dwarha hi stess. Dan hu hekk il-kaz anke fejn konvenut ikun kontumaci.

Hu l-att promotur kif intavolat, it-talbiet u l-premessi taghhom li jifformaw il-parametri li fihom il-Qorti kellha tezercita l-gurisdizzjoni taghha u li allura jiddeterminaw il-kompetenza taghha.

Li jfisser allura illi l-Qorti adita kellha doverosament tezamina jekk fil-kaz de quo t-talbiet u l-premessi kienux jaqghu jew le fil-kompetenza taghha.

Il-kompetenza ma tiddependix bilfors u unikament mit-talba ta' l-attur imma tista' tiddependi fejn ikun il-kaz mill-eccezzjoni tal-konvenut.

Fil-limiti tal-gurisdizzjoni taghhom l-qrati inferjuri huma hielsa li jissindikaw il-validita` jew ksur ta' kuntratt.

Azzjoni petitorja u azzjoni ta` spoll jezorbitaw mill-kompetenza tal-qrati inferjuri.

Mhux it-talbiet kollha li jistghu jigu dedotti quddiem il-Qorti ghat-tutela tal-jeddijiet kienu kwantifikabbli fi flus. Jezistu kazijiet fejn valur ikun incert jew indeterminat. F'dak il-kaz is-subinciz 1 tal-artikolu 747 jipprovdi illi "l-valur incert jew indeterminat jitqies dejjem li jaqbez il-kompetenza tal-Qorti ta' gurisdizzjoni limitata". Fil-kaz taht ezami kellu jkun car illi l-valur tal-oggett tal-kawza mhux biss ma kienx determinabbli skond ir-regoli li l-istess kodici tal-procedura jistabilixxi imma kien fin-natura tieghu indeterminat. Kien ghalhekk jezorbita mill-kompetenza ta' Qorti b'gurisdizzjoni limitata kif hi l-Qorti tal-Magistrati (Malta). Kien mertu illi jaqa' fil-kompetenza tal-Qrati ordinarji u cioe` tal-Prim'Awla tal-Qorti Civili.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni