Reference: 10/1998

Judgement Details


Date
11/12/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs MOHAMED SALAH AHMED SHNAINA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
GURI, KIF IRID ISIR L-INDIRIZZ FINALI TA` L-IMHALLEF
Summary
Fit-termini ta' l-artikolu 465 tal-Kodici Kriminali l-funzjoni ta' l-Imhallef fil-guri fl-istadju ta' l-indirizz hija li jfisser lill-guri x-xorta u l-elementi tar-reat migjub fl-att ta' akkuza, kif ukoll kull punt iehor tal-ligi li f'dak il-kaz partikolari jkollu x'jaqsam mad-dmirijiet tal-guri u li jigbor fil-qosor, bil-mod li jidhirlu mehtieg, ix-xiehda tax-xhieda u l-provi li jkunu marbutin maghhom, ifisser lill-guri s-setghat li ghandu fil-kaz partikolari, u jaghmel kull osservazzjoni ohrali tiswa biex triegi u turi lill-guri kif ghandu jaqdi sewwa d-dmirijiet tieghu.

Huwa evidenti illi dak li huwa l-aktar importanti f'dak li jiddisponi dan l-artikolu f'dan ir-rigward huwa l-principju bazilari ta' ekwita` u gustizzja li ghandu jirregola l-materja ta' l-indirizz u del resto tal-process kriminali kollu kemm hu, u cioe` li l-gurati ghandhom jitpoggew fl-ahjar posizzjoni possibbli, kemm ghal dik li hi ligi, kif ukoll ghal dawk li huma fatti, biex ikunu jistghu jaslu ghal verdett b'serenita` u bl-inqas komplikazzjonijiet u konfuzjoni possibbli, u fuq kollox li l-istess indirizz ikun bilancjat b'mod li l-gurati jkunu konxji l-ewwel u qabel kollox, illi huwa l-istess Imhallefli huwa imparzjali fir-rigward tal-htija o meno ta' l-akkuzat u li ma jkunx wera preferenza jew taaktar importanza lejn naha jew ohra.

Huwa facli li jigu kkritikati siltiet u frazijiet ta' indirizz, izda, apparti li dawn iridu jigu kkunsidrati fil-kuntest taghhom, l-indirizz ghandu jigi kkunsidrat fit-totalita` tieghu sabiex jigi determinat jekk setax sehh xi "miscarriage of justice".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info