Reference: 1294/1995/1

Judgement Details


Date
16/12/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
SCHEMBRI DAMIAN-DAMIAN vs DIRETTUR TAR-REGISTRU PUBBLIKU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT TAT-TWELID, TISWIJA FIR-REGISTRAZZJONI TAL-ISEM - ATT TAT-TWELID, TISWIJA FIR-REGISTRAZZJONI TAL-KUNJOM - ATT TAT-TWELID, ZIEDA TA` ANNOTAZZJONIJIET FI
Summary
Ic-certifikat tat-twelid ta' persuna ma jaghtix il-kunjom ta' dik il-persuna izda, ghal dak li huwakunjom, jaghti l-kunjom ta' missier u ta' omm dik il-persuna (ara l-Formula "C" annessa mal-Kodici Civili u l-Artikolu 278 tal-istess Kodici). Huwa biss l-isem (dak li dari kien jissejjah "Christian name" a differenza ta' "surname") li jigi moghti specifikatament lill-persuna li ghaliha jirreferi c-certifikat li jkun.

Anke qabel ma gie introdott l-Artikolu 4(3) kif inhu llum, it-tifel legittimu kien dejjem meqjus li jiehu kunjom missieru, u dan kien jista' jigi argumentat minn dak li kienu jipprovdu l-Artikoli 80(2)(a), 92(1), 278 u 279 tal-Kap. 16. U huwa proprju ghax ic-certifikat tat-twelid ma jattribwix "kunjom" lit-tifel - it-tifel semplicement jassumi l-kunjom ta' missieru (limieghu, illum, jista' jzid kunjom ommu) - li r-referenza ghall-"isem" fis-subartikolu (2) tal-Artikolu 253 hija neccessarjament referenza ghall-prenom u mhux ghall-kunjom jew "family name".

Anke mid-dibattiti parlamentari hu evidenti li l-hsieb tal-legislatur kien li, minkejja li ma jkunx jista' jinghad li hemm zball - ghax fil-kaz ta' zball japplika s-subartikolu (1) tal-Artikolu 253 - persuna li tkun giet konsistentement imsejha b'isem (jigifieri "first name") differenti minn dak indikat fic-certifikat tat-twelid taghha, tkun tista' tbiddel dak l-isem. Qatt ma kien il-hsieb tal-legislatur li jawtorizza bdil fil-kunjomijiet.

Hija haga maghrufa illi l-ligijiet ta' l-istat civili, bir-registrazzjoni ta' l-attijiet tat-twelid u taz-zwieg, kif ukoll tal-mewt, hija haga wisq importanti ghall-hajja civili tas-socjeta`, peress illi minn dawk l-annotazzjonijiet jiddependu hafnadrittijiet tac-cittadini. Issa l-kunjom ta' familja, kif inhu l-partimonju ta' l-individwu, li l-familja ma tistax tinnegalu, huwa wkoll il-patrimonju tal-familja li ghandha certu interess li l-membritaghha jkunu maghrufa b'dak il-kunjom; u huwa wkoll patrimonju tas-socjeta` d-distinzjoni rispettiva tal-familji. Din hija l-bazi u l-ordni ta' kull socjeta`, u ghalhekk teorikament ma jistax ikun permess lil persuna, l-ghaliex il-kunjom taghha ma joghgobhiex, taghzel kunjom iehor li jidhrilha li hu isbah, u forsi izjed skond l-idejiet moderni prevalenti, u taddotta "marte proprio" dak il-kunjomgdid. Kieku jkun hekk, il-konsegwenza tkun id-dizordni u l-konfuzjoni fis-socjeta`, jekk kwantita` kbira ta' cittadini juzaw minn dak, jekk huwa dritt.

Annotazzjoni fil-margini tal-att ta' twelid, jekk hi permessa mill-gurisprudenza ghanda ssir biss f'kazijiet eccezzjonali li verament ikunu jimmeritaw li dak l-att b'xi mod jintmess.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info