Referenza: 316/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/12/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
DEBRINCAT VICTOR vs KUMMISSJONI KONTROLL ZVILLUP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DECIZJONIJIET TAL-BORD IRIDU JKUNU BEN MOTIVATI - SENTENZA, HTIEGA LI TKUN BEN MOTIVATA
Fil-Qosor
Decizjoni tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar trid tkun motivata sufficjentment, mhux biss ghax hekk tirrikjedi t-trasparenza, izda wkoll biex il-parti li titlef tinghata sodisfazzjon sufficjenti ghaliex it-tribunal in kwistjoni jkun wasal ghad-decizjoni tieghu u biex jekk ma taqbilx mad-decizjoni hija tkun tista' tappella minnha lil din il-Qorti fit-termini tal-ligi.

Mill-banda l-ohra, m'huwiex mistenni li dan it-tribunal jindirizza kull lamentela li tkun tressqet quddiemu. Dan il-principju ilu stabbilit fil-gurisprudenza taghna minn zminijiet remoti u l-istess principju ftit lixejn ra kambjamenti f'dawn l-ahhar snin.

Sentenza li ma tkunx motivata fuq il-kongetturi kollha allegati mill-attur m'hijiex nulla, ghaliex il-ligi ma tehtieg xejn hlief l-indikazzjonijiet tal-motivi li jkunu iddeterminaw il-gudizzju tal-Qorti, u ma timponi ebda obbligu fuq il-gudikant lijirrispondi l-argumenti kollha tal-kontendenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni