Reference: 2020/2000/1

Judgement Details


Date
30/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
DEBONO FILIPPA ET NOE vs FALZON ALFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SUCCESSJONI, META FIT-TESTMENT MA TKUNX IMSEMMIJA R-RAGUNI GHAD DIZEREDAZZJONI JEW MA TIGIX IPPRUVATA - SUCCESSJONI, RAGUNI TAD-DIZEREDAZZJONI GHANDHA TIGI PPRUVATA MINN DAK LI JSOSTNIHA
Summary
L-artikoli tal-Kodici Civili dwar dizeredazzjoni jiddisponu li:

623. Bla hsara tad-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 630, ir-ragunijiet li ghalihom dixxendent jista' jigi dizeredat huma dawn biss li gejjin:
.

(d) jekk id-dixxendent sawwat it-testatur, jew xort'ohra sar hati ta' mohqrija lejh;

625. (1) Ir-raguni tad-dizeredazzjoni ghandha tigi ppruvata minn dak li jsostnid-dizeredazzjoni.

Hawnhekk l-attrici kienet giet dizeredata fuq xilja ta' "mohqrija". Mix-xhieda hareg izda illi l-attrici kienet tbati minn skizofrenija. Minhabba f'din il-marda l-attrici kienet maqtugha minn dak li jigri madwarha u kienet tbati minn allucinazzjonijiet, deluzjonijiet u apatija. F'din il-kondizzjoni mentali ma setghetx ikollha r-rieda li tonqos lil ommha jew lil missierha, u n-nuqqasijiet taghha kienu konsegwenza ta' l-apatija taghha u tal-fatt li ma kinitx tifhem x'qieghed jigri madwarha.

Barra minn hekk, mix-xhieda hareg illi l-ilmenti tat-testatur aktar kienu kontra zewg l-attrici milli kontra l-attrici nfisha.

Il-qorti, ghalhekk, qieset li ma jistax jinghad illi l-attrici kienet hatja ta' mohqrija kontra missierha.

L-art. 629 tal-Kodici Civili jghid hekk:

Meta fit-testment ma tkunx imsemmija r-raguni li ghaliha wiehed ikun gie dizeredat, jew ma tigix ippruvata, id-dizeredat ghandu jedd ghal-legittima biss.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info