Reference: 982/1993/2

Judgement Details


Date
11/12/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CAUCHI JOSEPH vs VASSALLO ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KONVENJU, RESTITUZZJONI TA` DEPOZITU AKKONT TAL-PREZZ - KONVENJU, WEGHDA TA` BEJGH MAGHMULA A NON DOMINO
Summary
Ghalkemm konvenju ghandu iz-zmien tal-validita` tieghu, dan ma jfissirx li l-kumpratur irid bilforsjistenna li joqrob l-gheluq iz-zmien patwit biex jinsisti ghall-esekuzzjoni tal-konvenju. Iz-zmienpatwit ghall-validita` tal-konvenju ma jfissirx li l-kumpratur ma jistax, mill-ghada tal-konvenju, jitlob li jigi ppubblikat l-att finali, u kwindi minn jobbliga ruhhu li jbiegh fuq konvenju ghandu, minn dik l-ewwel gurnata, ikun f'posizzjoni iwettaq dak li obbliga ruhu li jaghmel.

Min naha l-ohra, jekk ix-xerrej prospettiv ikun jaf li l-venditur fuq il-konvenju ma kienx il-proprjetarju, dak il-konvenju jkun validu, ghax meta jigri hekk l-akkwirent ikun qed jassumi fuqu r-riskju ghal dakkollu li jista jinqala` fil-konvenju tal-partijiet l-ohra.

Fi kliem iehor, akkwirent fuq konvenju ghandu dritt jinsisti li venditur fuq konvenju ghandu jkun f'posizzjoni li jittrasferixxi l-oggett tal-konvenju dak il-mument stess li sar il-konvenju, u dan sakemm ma jirrizultax li l-akkwirentkien jaf li l-venditur prospettiv kellu, fil-frattemp, jaghmel xi haga (ez. jakkwista l-proprjeta jew jaghmel xi alterazzjonijiet fil-fond) qabel ma jkun f'posizzjoni li jittrasferixxi l-proprjeta meritu tal-konvenju.

Meta l-venditur ma jkunx jista' jittrasferixxi l-fondi lix-xerrej fuq konvenju, il-partijiet ghandhom jirrivertu ghall-istatus quo ante, u kwalunkwe hlas li sar fuq il-konvenju bi hsieb li jsir il-kuntratt finali ghandu jintradd lura.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info