Reference: 1381/1993/1

Judgement Details


Date
11/12/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CATANIA ANTHONY PRO ET NOE ET vs AGIUS MARIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI F`KAZ TA` SERVIGI - PRESKRIZZJONI, SERVIGI - SERVIGI, INTERRUZZJONI TAL-PRESKRIZZJONI - SERVIGI, KRITERJI GHALL-LIKWIDAZZJONI TAL-KUMPENS - SERVIGI, META JKUNU REZI LIL FAMILJARI
Summary
Biex Qorti tista` tiehu konjizzjoni ta` perjodu ta' preskrizzjoni, trid issir riferenza specifika ghall-artikolu determinat tal-ligi, u mhux lecitu li dik l-eccezzjoni tigi sollevata b'semplici indikazzjoni taz-zmien li allegatament skada minn fuq l-obbligazzjoni.

Dikjarazzjoni ta' min jibbenefika minn servigi fis-sens li kien ser ihalli il-possedimenti tieghu lill-prestant b'wirt jew legatisservi wkoll bhala interruzzjoni ghal-preskrizzjoni.

Hu veru li kien hemm epoka fil-gurisprudenza lokali, li, bejn wiehed u iehor, kien ikopri l-perjodu bejn l-1890 u l-1958, meta l-posizzjoni kienet illi ebda kumpens ma hu dovut meta l-vinkolu tal-konsanguinita` huma stretti, meta min jippresta s-servigi ma jkunx sofra perditi materjali, imma biss inkomoda ruhu personalment, u dan sakemmma jkunx hemm ukoll cirkostanzi li juru car illi tant mill-parti ta' min jippresta s-servigi kemm ukoll minn dak li a favur tieghu huma prestati kien hemm l-intenzjoni ta' kumpens. F'dan il-perjodu,f'kaz ta' servigi prestati bejn parenti, s-servigi gew ritenuti prestati "familiaritatis causa" u kwindi l-presunzjoni kienet li ma kienx hemm il-hsieb ta' kumpens ghas-servigi rezi.

Fil-gurisprudenza aktar ricenti, pero`, anke ghar-rigward tal-parenti, gie applikat il-principju li kwalunkwe servigi jigu ritenuti prestati bi speranza ta' kumpens, jekk ma jikkonkorrux cirkostanzi tali li jiggustifikaw konkludelment il-gratuita`, sija pure minhabba relazzjonijiet ta` parentela.

Ghall-finijiet tal-quantum tas-servigi wiehed ghandu jzomm f'mohhu (i) il-frekwenza u x-xorta tas-servigi; (ii) il-mezzi tal-konvenuta li benefikat mill-prestazzjonijiet u (iii) il-parentela ta' l-atturmal-konvenut. Konsiderazzjonijiet ohra li gieli gew konsidrati mill-Qorti taghna huma jekk il-qaddej ikiddx l-istess sahtu biex jaqdi lill-haddiehor, jekk humiex affarijiet li mhux kulhadd kapaci jidhol ghalihom, bhal meta il-qaddej idur bil-persuna tal-moqdi (ez. hasil), u jekk il-qaddej jinkorrixspejjez li taghhom ma jkunx gie rimborsat fil-mument tal-hrug taghhom.

Bhala regola generali, l-kumpens moghti jkun, ftit jew wisq, imdaqqas meta l-beneficcjarja tkun marida jew mhux mobbli, b'mod li jkollha bzonn assistenza personali u kontinwa.

Minn studju tal-gurisprudenza lokali,wiehed jista' jsib li l-kumpens akkordat ma jkun qatt f'ammonti kbar u dan peress li s-servizzi jinghataw kwazi dejjem minhabba ragunijiet ta' parentela bejn il-partijiet, u anke ghaliex it-talba ghal-hlas ta' servigi hi bazata fuq kwazi - kuntratt, u mhux fuq kuntratt li nholoq bejn minn jirrendi s-servigi u l-beneficcjarju, u kwindi l-kumpens ma jkunx relatat biss mas-servigi, izda ghandhom jittiehdu in konsiderazzjoni diversi fatturi ohra li, ftit jew wisq, inaqqsu r-relazzjoni ekonomika bejnis-servigi resi u l-hlas relattiv. Dan iwassal biex il-kumpens ma jkun qatt l-ekwivalenti tax-xoghol li sar, izda adegwat mehud kont tac-cirkostanzi kollha partikolari tal-kaz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info