Reference: 14/2001

Judgement Details


Date
04/12/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A., CAMILLERI GINO, SCICLUNA DAVID
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs SERAG F.H. BEN ABID
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AMMISSJONI, APPELL MINN - APPELL, WARA AMMISSJONI - DROGA, META L-AKKUZAT IKUN GHEN LILL-PULIZIJA
Summary
Meta jkun hemm ammissjoni huwa xi ftit jew wisq odjuz appell minn piena sakemm din tirrientra fil-limiti li tipprefiggi l-ligi. Dan huwa hekk peress illi min jammetti jkun qieghed jassumi r-responsabilita` tad-decizjoni li jkun ha u jirrimetti ruhu ghal kull decizjoni dwar piena li l-Qorti tkun tista' tasal ghaliha. Naturalment dan ma jfissirx li din il-Qorti u Qrati ohra ta' appell ma jidhlux f'ezami akkurat tac-cirkostanzi kollha biex jaraw jekk il-piena nflitta kenitx eccessiva jew le. Mhuwiex normali pero`, li tigi disturbata d-diskrezzjoni ta' l-ewwel Qorti jekk il-piena nflitta tkun tidhol fil-parametri tal-ligi u ma jkun hemm xejn x'jindika li kellha tkun inqas minn dik li tkun inghatat.

L-artikolu 29 tal-Kap 101 jipprovdi testwalment:

"Meta dwar persuna misjuba hatjata' reat kontra din l-Ordinanza, il-prosekuzzjoni tiddikjara fil-process li dik il-persuna tkun ghenet lill-Pulizija biex taqbad lill-persuna jew lill-persuni li jkunu pprovdewlha l-medicina, jew il-persuna misjuba hatja kif intqal qabel tipprova ghas-sodisfazzjon tal-Qorti li tkun hekk ghenet lill-Pulizija, il-piena titnaqqas .."

Jidher car mill-artikolu 29 citat, it-tnaqqis fil-piena jsirmeta l-hati jkun ghen "lill-Pulizija biex taqbad lill-persuna jew lill-persuni li jkunu pprovdewlhal-medicini". F'dan il-kaz il-medicina perikoluza ma gietx ipprovduta ("supplied", fit-test Ingliz)lill-appellant mill-persuni indikati minnu fix-xiehda tieghu. Mela anke kieku l-pulizija kien irnexxielha "taqbad" ("apprehend", fit-test Ingliz) lill-imsemmijin zewg persuni bis-sahha tal-ghajnuna ta' l-appellant, xorta ma jistax jinghad li huwa applikabbli l-artikolu 29 imsemmi peress li ma kinuxhuma li pprovdewlu l-medicina perikoluza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info