Reference: 140/2003

Judgement Details


Date
05/12/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs SALAH ALDIN M.M.BIN ABDO ALSLAM
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PIENA, META L-IMPUTAT JAMMETTI L-HTIJA FI STADJU AVANZAT TAL-PROCEDURI - PIENA, MITIGAZZJONI TA` - PIENA, M`GHANDIEX TKUN AKTAR HARXA MINHABBA KWISTJONIJIET ESTRANEJI
Summary
Ghalkemm meta persuna tammetti l-htija taghha fi stadju bikri tal-proceduri - u ma jistax ikun hemmstadju aktar bikri mill-gurnata tal-presentata ta' dak li jkun quddiem il-qorti - qorti ghandha normalment tikkonsidra il-possibilita` ta' xi tnaqqis fil-piena konformement mar-regoli li, minn zmien ghal zmien, gew formulati minn din il-Qorti u mill-Qorti Kriminali, Qorti ta' Gustizzja Kriminali maghandha qatt tikkarga d-doza tal-piena minhabba s-semplici fatt li l-hati ma jkunx ikkopera mal-Pulizija fil-kors tal-investigazzjonijiet taghhom jew ma jkunx ammetta fi stadju bikri tal-proceduri, jew addirittura jkun ikkontesta l-kaz u jkun instab eventwalment hati.

Il-gudikant m'ghandux izid il-piena minhabba kwistjonijiet ghal kollox estraneji.

Is-semplici fatt li persuna li tkunqed tigi investigata tibqa' siekta u ma tikkoperax mal-Pulizija, jew, meta tkun qed tigi interrogata, tichad li tkun wettqet ir-reat, fih innifsu m'ghandhiex tkun cirkostanza li tiggustifika zieda fil-piena. Kuntrarjament jinghad, per ezempju, ghall-kaz fejn ir-refurtiva ma tkunx giet ritornata meta l-qorti tkun sodisfatta li din ghadha fil-pussess jew taht il-kontroll tal-hati - f'kaz simili, zieda fil-piena tkun gustifikata. Il-process mentali li gudikant ghandu jsegwi, ghalhekk, hu li l-ewwel jiddetermina x'ghandha tkun ("oggettivament") il-piena li kieku ma kienx hemm l-ammissjoni tal-hati u/jew il-koperazzjoni tieghu fil-kors ta' l-investigazzjoni u wara, f'kaz li jkun hemm tali ammissjoni u/jew koperazzjoni, jara jekk il-kaz partikolari jkunx jimmerita "discount" minhabba dik l-ammissjoni u/jew koperazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info