Reference: 581/1997/1

Judgement Details


Date
02/12/2003
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
BARTOLO JOSEPH vs L-ONOR. PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKREZZJONI TAL-QORTI F`KAZ TA` NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI
Summary
Anke jekk il-Prim' Awla tasal ghall-konkluzjoni li r-rikorrent kellu rimedju alternattiv a disposizzjoni tieghu u ma uzahx, dik il-Qorti xorta wahda tista' tiddeciedi li tinvesti l-meritu mil-lat kostituzzjonali ossia ta' drittijiet fondamentali, u dan peress li l-proviso in kwistjoni jaghmilha carali f'tali sitwazzjoni l-Prim Awla ".tista'.tirrifjuta li tezercita s-setghat taghha." u mhux ".ghandha.tirrifjuta.". Tali diskrezzjoni (diskrezzjoni riflessa fil-kliem "jekk tqis li jkun desiderabblili hekk taghmel") ghandha s'intendi dejjem tigi ezercitata fl-ahjar interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja biex minn naha l-wahda il-Prim Awla kif ukoll din il-Qorti - il-Qorti Kostituzzjonali -ma jigux inundati b'kawzi li jistghu jigu determinati minn Qrati ohra u/jew bi proceduri ohra, u minn naha l-ohra c-cittadin (jew persuna guridika, skond il-kaz) ma jigix ipprivat mir-rimedji li hu ghandu dritt ghalihom taht il-Kostituzzjoni jew taht il-Kap. 319.

Il-legislatur kostituzzjonali kkonferixxa lill-Qorti (u lil ebda persuna jew awtorita` ohra) din id-diskrezzjoni wiesgha fl-interess tal-ahjar amministrazzjoni tal-gustizzja biex minn banda 'l wahda tkun tista' twaqqaf, jekk ikun hemm bzonn anke hesrem, lil min jipprova jabbuza mill-process kostituzzjonali u mill-banda l-ohratkun tista' timpedixxi li jigu kreati ostakoli bla bzonn fit-triq ta' min ikun jidher li genwinament ikun qieghed ifittex ir-rimedju kostituzzjonali. Il-fattispeci u c-cirkostanzi partikolari kollhatal-kaz ghandhom jigu ezaminati ghaliex b'hekk biss il-Qorti tkun tista' tasal biex tiddeciedi jekkikunx desiderabbli li tiddeklina illi tezercita s-setghat taghha.

Sakemm id-diskrezzjoni moghtija mill-legislatur lill-Prim Awla tigi ezercitata minn dik il-Qorti b'mod ragonevoli, din il-Qorti(cioe` l-Qorti Kostituzzjonali) m'ghandhiex tiddisturba il-konkluzzjoni milhuqa, li tkun effettivament l-ezitu ta' l-uzu "korrett" ta' dik id-diskrezzjoni.

Ir-regola li trid li min jirrikorrighar-rimedju straordinarju jkun qabel fittex ir-rimedji ordinarji kollha ma hix xi regola teknika ta' applikazzjoni awtomatika; thalli lill-qorti diskrezzjoni biex tara jekk, fic-cirkostanzi, ir-rmedju ordinarju kienx ikun bizzejjed ghall-harsien tad-drittijiet fondamentali, sabiex ma jsirx rikorsghar-rimedji straordinarji meta dawk ordinarji kienu jkunu bizzejjed. Ma hemm ebda htiega, izda, illi r-rikorrent ikun hela hin u spejjez fi proceduri li x'aktarx ma jaghtux rimedju tajjeb, u meta l-possibilita` li jinghata rimedju taht il-ligi ordinarja tkun wahda remota.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info