Reference: 1715/2001/1

Judgement Details


Date
27/11/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
SCICLUNA MARIA DOLORES SIVE DORIS vs SCICLUNA ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACCESS GHAL TFAL MINURI, PRINCIPJI REGOLATURI - MINURI, ACCESS GHAL - MINURI, INTERESS TA` - SEPARAZZJONI PERSONALI, ABBANDUN - SEPARAZZJONI PERSONALI, ADULTERJU - SEPARAZZJONI PERSONALI, IL-QORTI TRID TARA L-EPISODJI SALJENTI TAL-HAJJA KONJUGALI U MHUX INCIDENTI MINURI - SEPARAZZJONI PERSONALI, MHUX MEHTIEG KUMULU TA` RAGUNIJIET - SEPARAZZJONI PERSONALI, MOHQRIJA - SEPARAZZJONI PERSONALI, THEDDID
Summary
Sabiex tintalab is-separazzjoni personali mhux mehtieg li jikkonkorru l-eccessi, is-sevizzji, it-theddid u l-ingurji gravi, izda kull wahda minn dawn ir-ragunijiet wahedha hija sufficjenti .

Il-ligi tqieghed bhala motivi li jiggustifikaw l-azzjoni l-episodji saljenti tal-hajja konjugali u mhux incidenti minuri.

Biex ikun hemm mohqrija jehtieg ikun hemm mhux xi att izolat ta' xi daqqawaqt xi tilwima imma l-persistenza f'certa mgieba hazina li turi li l-konjugi ma jistghux ikomplu jghixu flimkien.

Ghal dak li jirrigwarda theddid u vjolenzi l-ligi tikkontenta ruhha bil-persistenza f'certa mgieba hazina u mhux b'xi atti izolati waqt xi tilwima.

L-adulterju minn dejjem gie meqjus bhala l-kawzali l-aktar gravi li ghaliha l-ligi tawtorizza s-separazzjoni personali.

In vista tad-diffikolta` tal-prova ta' l-adulterju, l-adulterju jista' jigi ppruvat permezz ta'indizzi u cirkostanzi ohra li ma jhallu ebda dubju fil-gudikant.

Huwa ormai pacifiku fid-dottrina u fil-gurisprudenza li l-adulterju jista' jkun pruvat per mezz ta' indizzji u prezunzjonijiet, purche' dawn ikunu gravi, precizi u konkordanti, b'mod li ma jhallu ebda dubju f'min ghandu jiggudika.

L-artikolu 41 tal-Kap 16 tal-Ligijiet ta' Malta jghid hekk: "Kull wahda mill-partijietmizzewga tista` wkoll titlob il-firda jekk, ghal sentejn jew izjed, tkun abbandunata mill-ohra, minghajr raguni tajba."

Biex jikkostitwixxi motiv ta' separazzjoni, l-abbandun irid ikun ingustfiz-zmien tieghu kollu ta' sentejn, u jekk l-abbandun fil-fatt ma jikkostitwix l-abbandun li trid il-ligi bhala motiv ta' separazzjoni, lanqas ma jista jigi inkwadrat fil-figura ingurja gravi, ghax b'dan il-mod ikun qieghed jitqies bhala motiv ta' separazzjoni minghajr ir-rekwizit zmien li l-ligi tirrikjedi ghall-abbandun.

Il-kura tat-tfal komuni tal-mizzewgin, sew fil-ligi antika, sew fil-ligi vigenti, kif ukoll fil-gurisprudenza estera, u f'dik lokali, hija regolata mill-principju ta' l-aqwa utilita' u l-akbar vantagg ghall-interess ta' l-istess tfal li c-cirkustanzi tal-kaz u l-koefficjenti tal-fatti partikulari tal-mument ikunu jissuggerixxu. In konsegwenza, ir-regola sovrana fuqenuncjata ghandha tipprevali dwar il-kustodja u l-edukazzjoni tat-tfal komuni tal-mizzewgin, sew meta l-konjugi jisseparaw ruhhom gudizzjarjament, sew meta jigu biex jisseparaw konsenswalment.

Il-kura u l-edukazzjoni tat-tfal, fil-kaz li l-mara ma tibqax tghix mar-ragel, trid dejjem tigi affidata lil dak, fost il-mizzewgin li jigi rikonoxxut bhala aktar adatt u idoneju sabiex jikkurahom u jedukahom, tenut kont ta' l-eta` ta' l-istess tfal u c-cirkostanzi kollha tal-kaz taht dawk il-provvediment li jigu kkunsidrati ghall-vantagg ta' tali tfal. F'dan il-kuntest jidher ukoll li huwa relevanti wkoll dak li jhossu l-istess minuri, u f'dan il-kaz din il-Qorti kellha okkazzjoni li separatament tiltaqa' ma' l-istess minuri, li ghamlitha cara li kienet kuntenta fil-kura u kustodja ta' ommha,u fil-fatt hekk dehret.

Apparti l-hsieb ta' ordni morali u dak ta' ordni legali, li ghandhomsetgha fil-materja ta' kura u kustodja tat-tfal in generali, il-principju dominanti 'in subiecta materia', li jiddetermina normalment u generalment il-kwistjonijiet bhal din in konsiderazzjoni f'dinil-kawza, huwa dak ta' l-aktar utilita' u dak ta' l-aqwa vantagg u nteress ta' l-istess minuri fl-isfond tac-cirkostanzi personali u fattwali li jkunu jirrizultaw mill-provi tal-kaz li jrid jigi rizolut.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info