Reference: 27/1997

Judgement Details


Date
24/11/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A., CAMILLERI GINO, SCICLUNA DAVID
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs ALI MEHEMED KRETA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DROGA, KOMPLICITA` FIL-PUSSESS TA` - KOMPLICITA`, INKLUZA FL-AKKUZA TAR-REAT - PROVA, APPREZZAMENT TAL-QORTI TAL-APPELL
Summary
Il-ligi tippermetti li persuna akkuzata bhala awtur ta' reat tista' tigi dikjarata hatja invece ta'komplicita` f'dak l-istess reat. Is-subartikolu (2) ta' l-artikolu 467 tal-Kodici Kriminali kif allura vigenti kien jitkellem car dwar dan:

"Meta ma jigix ippruvat li l-akkuzat, jew xi wiehed mill-akkuzati, kien l-awtur jew wiehed mill-awturi tar-reat migjub fl-att ta' l-akkuza, izda jigi ippruvat li kien komplici, il-guri jista' jiddikjara l-akkuzat hati bhala komplici f'dak ir-reat".

Dan is-subartikolu ma jaghti lok ghal ebda ekwivocita`. Ghalhekk, ghalkemm l-akkuzat ma giex originalment akkuzat b'komplicita` fir-reati addebitati lilu fl-att ta' akkuza izda gie akkuzat bhala l-awtur taghhom, a bazi tal-ligi u anke a bazi tat-teorija ta' related criminality huwa legalment korrett li l-gurati jiddikjarawh hati ta' komplicita` f'dawk l-istess reati kemm-il darba hekk jirrizulta mill-provi.

Il-paragrafu (c) ta' l-artikolu 589 tal-Kodici Kriminali jispecifika li l-attta' l-akkuza ghandu "ifisser il-fatt li jikkostitwixxi r-reat, bil-partikularitajiet li jkunu jistghu jinghataw dwar iz-zmien u l-lok li fihom ikun sar il-fatt u dwar il-persuna li kontra taghha r-reat ikun sar, flimkien mac-cirkostanzi kollha li, skond il-ligi u fil-fehma ta' l-Avukat Generali, jistghu jkabbru jew inaqqsu l-piena".

Sakemm fatt imsemmi fl-att ta' l-akkuza ma jikkostitwix element essenzjali tar-reat addebitat lill-akkuzat, b'mod li jekk ma jigix ppruvat tali fatt l-akkuzatma jkunx hati ta' tali reat, il-fatti nnifishom kontenuti fin-narrativa jew il-parti espozitiva ta'l-att ta' l-akkuza huma intenzjonati biss biex jispecifikaw in-natura tal-kaz tal-prosekuzzjoni, l-atti principali li minnhom l-Avukat Generali jistieden lill-gurati jikkonkludu li sehh reat u li l-akkuzat kien il-persuna li kkommettiet tali reat.

Il-komplicita` fil-pussess ta` droga mhuwiex impossibbli. Jekk persuna ghandha bzonn post biex tahzen xi droga u persuna xjentement tikri jew tislef post ghal dan l-iskop, dik il-persuna tkun ghenet jew assistiet lill-awtur tar-reat ta' pussess u ghalhekk tkun saret komplici skond il-paragrafu (d) ta' l-artikolu 42 tal-Kap 9.

L-apprezzament tal-fatti, huwa apprezzament li l-ligi tirrizerva fl-ewwel lok lill-gurati fil-kors tal-guri, u li din il-Qorti ma tiddisturbahx, anke jekk ma tkunx necessarjament taqbel mija fil-mija mieghu,jekk il-gurati setghu legittimament u ragonevolment jaslu ghall-verdett li jkunu waslu ghalih. Jigifieri l-funzjoni tal-Qorti ta` l-Appell ma tirrizolvix ruhha f'ezercizzju ta' x'konkluzjoni kienet tasal ghaliha hi kieku kellha tevalwa l-provi migbura fi prim'istanza, imma li tara jekk il-verdett milhuq mill-gurija li tkun giet "properly directed", u nkwadrat fil-provi prodotti, setax jigi ragonevolment u legittimament milhuq minnhom. Jekk il-verdett taghhom huwa regolari f'dan is-sens, il-Qorti ta' l-Appell ma tiddisturbahx.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info