Referenza: 2465/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/11/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MUSCAT VINCENZA NOE vs ZAMMIT RAYMOND DR. ET NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
FILJAZZJONI, AZZJONI TAL-MINURI GHAR-RICERKA TA` STAT DIVERS MINN DAK INDIKAT FIC-CERTIFIKAT TAT-TWELID - FILJAZZJONI, PRESKRIZZJONI GHALL-AZZJONI TAT-TIFEL SABIEX JITLOB L-ISTAT TA` IBEN LEGITTIMU - FILJAZZJONI, PUSSESS TA` STAT LEGITTIMU - PRESKRIZZJONI, AZZJONI TAT-TIFEL SABIEX JITLOB L-ISTAT TA` IBEN LEGITTIMU
Fil-Qosor
Huwa pacifikament ritenut illi tifel jew tifla li jkunu ghadhom ta' eta` minuri jistghu jfittxu paternita` illegittima anke qabel ma r-ragel ta' ommhom ikun ipprivahom mill-paternita` legittima taghhom. Dan "kemm-il darba l-istat taghhom legittimu ma jkunx marbut tant ma' l-att tat-twelid kemm mal-pussess ta' stat legittimu (nomen, tractatus et fama) f' liema kaz l-istat legittimu lanqas ma jkunimpunjabbli minnu stess".

Invece, kif jinsab ukoll ritenut, fejn ma jikkonkorrux flimkien iz-zewg estremi, jigifieri l-att tat-twelid u l-pussess ta' stat, il-prova tal-filjazzjoni tista' ssirbil-mezzi kollha konsentiti mil-ligi permezz ta' provi ta' fatt li jigu apprezzati mill-gudikant.

Fejn l-att tat-twelid jinsab f'kuntrast mar-realta` tar-rapport ta' filjazzjoni, l-impunjattivahi ammissibbli. Dan in raguni ta' l-interess pubbliku ghall-iskop tac-certezza ta' l-istat familjari kif ukoll fl-interess tal-minuri stess. Huwa ghalhekk ukoll illi l-ligi tippreciza li l-azzjonihi mpreskrittibbli (Artikolu 84 tal-Kodici Civili);




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni