Referenza: 1108/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/11/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CALAMATTA CARMELO ET vs DARMENIA MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SOPRASESSJONI, META HIJA PERMESSA
Fil-Qosor
Hi gurisprudenza sekolari illi s-soprasessjoni hi ammessa u ghandha tigi dekretata meta din tkun spedjenti. Spedjenti fis-sens fejn il-kwestjoni involuta fil-kawza pendenti quddiem Qorti ohra hija tali li d-decizjoni tista' tinfluwixxi "a planta pedis" fuq il-meritu tal-azzjoni prezenti.

Minn dan johrog car illi "s-soprasessjoni hemm lok ghaliha meta l-ezitu tal-kawza li tigi soprassedutajkun jiddependi jew almenu jkun jista' jiddependi mill-ezitu ta' kawza ohra, u ghalhekk ma jistax ikun hemm lok ghas-soprasessjoni jekk ma tezistix din id-dipendenza jew almenu l-potenzjalita` ta' din id-dipendenza".

Il-provvediment tas-soprasessjoni huwa allura ndikat ghal dawk il-kazijietmeta jkun hemm lok ghas-soluzzjoni ta' xi punt li minnu tiddependi necessarjament il-kontinwazzjonital-kawza li tigi soprasseduta sa dik is-soluzzjoni.

Tajjeb pero` li jigi kawtelat illi "s-soprasessjoni minhabba eccezzjoni, sabiex l-eccezzjoni tkun dedotta u kombattuta f'gudizzju separat, huwa rimedju straordinarju, li ghalih il-Qorti tirrikorri biss meta hu mehtieg fl-interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja x'hin tinqala' xi kwestjoni delikata u gdida li d-decizjoni taghha tinfluwixxi sostanzjalment fuq l-ezitu tal-kawza, u fl-istess hin ma tistghax tigi ezaminata fl-istess kawza, jew minhabba n-natura guridika taghha ma jkunx konvenjenti li tigi ezaminata u deciza hlief f'kawza ohra separata li tkun trid tigi proposta appozitament".

Issa hu minnu li l-provvediment tas-soprasessjoni, kif pacifikatament akkolt, hu moghti lill-Qorti fl-ezercizzju tal-poteri diskrezzjonali taghha relattivi fil-procediment ordinatorju tal-gudizzju. Din ir-rimessjoni ghad-diskrezzjonital-gudikant tiddependi pero` mic-cirkostanzi partikolari u specjali ta' kull kaz.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni