Reference: 1656/2001/1

Judgement Details


Date
30/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
STENCIL PAVE (MALTA) LIMITED vs KUNSILL LOKALI NAXXAR
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, AZZJONI TAL-KUNTRATTUR - PRESKRIZZJONI, IZ-ZMIEN RELATTIV JIDDEPENDI FUQ IL-MOD KIF TKUN GIET IMFASSLA L-AZZJONI - PRESKRIZZJONI, KWALUNKWE DUBJU GHANDU JMUR KONTRA L-ECCIPJENT - PRESKRIZZJONI, MA TISTAX TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO - PRESKRIZZJONI, ONERU TAL-PROVA - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI TA` TMINTAX-IL XAHAR TAHT L-ARTIKOLU 2148(A) TAL-KODICI CIVILI
Summary
Hja regola ewlenija fil-procedura li l-prova li l-azzjoni hija preskritta trid issir minn min iqanqal l-eccezzjoni, u ghalkemm il-parti attrici tista' tressaq provi biex tittanta xxejjen dawk tal-parti mharrka billi tmieri li ghadda z-zmien jew billi ggib 'il quddiem provi li juru li l-preskrizzjonikienet sospiza jew interrotta, il-piz jaqa' principalment fuq min jallega l-preskrizzjoni. Hi l-parti mharrka li trid tipprova li l-parti attrici ghaddhielha z-zmien utli biex tressaq il-kawza, u dan minn zmien minn meta dik il-kawza setghet titressaq;

Nhad ukoll li z-zmien tal-preskrizzjoni jrid jitqies b'riferenza ghall-azzjoni kif imfassla.

Fil-kaz ta' appalt li l-verifika tieghu ssir malli jsir l-ahhar kejl, l-ezercizzju kollu jitqies bhala haga wahda u mhux bhala ghadd ta' hatriet;

Il-preskrizzjoni dwar appalt tapplika ghall-kazijiet fejn persuna twettaq hidma spekulattiva li r-riskju taghha jibqa' fil-persuna li taghmel ix-xoghol sakemm issir il-kunsinna, u ghalhekk biex preskrizzjoni tista' tirnexxi fuq dak l-artikolu jrid jintwera li bejn il-partijiet kienhemm kuntratt ta' appalt, u mhux semplici kuntratt ta' bejgh ta' bicca xoghol;

B'mod partikolari gie stabilit ukoll li, dwar azzjoni fejn persuna tfittex ghall-hlas ta' xoghol li tkun wettqetghal stallazzjoni ta' servizz f'post ma japplikax l-artikolu 2148(a) tal-Kodici Civili, li jirreferi ghall kazijiet ta' xoghol imwettaq bl-imnut.

Minhabba dak li jipprovdi l-artikolu 2111 tal-Kap 16, il-Qorti hija marbuta li tqis biss il-preskrizzjoni specifika mressqa mill-imharrek u ma tistax minn rajha tqis li jezisti terminu preskrittiv iehor (ukoll jekk dan jezisti), ghaliex, jekk isir dan, il-Qorti tkun qeghda tindahal u "tissupplixxi ghall-parti eccipjenti f'materja odjuza li fiha ma tistax tiehu inizzjattiva";

L-eccezzjoni tal-preskrizzjoni trid tinghata tifsira restrittiva, u ghalhekk jekk ikun jezisti xi dubju dwar l-applikabilita' taz-zmien preskrittiv minn dak lijirrizulta mill-atti, tali dubju ghandu jmur kontra l-eccipjent.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info