Reference: 2179/1999/1

Judgement Details


Date
09/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
DBC LTD GIA D. BURKE COMPANY LTD vs ATTARD JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT, IUS RETENTIONIS - ACCOUNTANT U AWDITUR PUBBLIKU
Summary
Dwar il-jedd ta' kreditur li jzomm il-haga tad-debitur fil-pussess tieghu, jinghad li l-ligi taghnataghti gharfien limitat f'dan ir-rigward: madankollu torbot il-jedd taz-zamma tal-haga mal-ezistenzata' jedd moghti mil-ligi. Fi kliem iehor, mhux kull min jemmen li ghandu jedd jitnissel favurih il-ius retentionis: tali jedd irid ikun moghti lilu espressament mil-ligi. Dan ghaliex id-dritt taz-zamma huwa meqjus bhala "una forma di autotutela e di legittima difesa... consentito soltanto nei casiespressamente previsti, in cui il legislatore ha ritenuto, perche' ragioni speciali giustificavano la tutela del creditore, di derogare al principio che l'ordinamento giuridico non permette ai singolidi farsi giustizia da se'";

Madankollu, ghalkemm il-jus retentionis huwa meqjus bhala istitut ta' ghamla eccezzjonali li jorbot biss fejn il-ligi espressament tistabilih, mhux kulhadd jilqa' l-fehma li d-dritt taz-zamma ma jistax japplika ghal kazijiet ohrajn li jhaddnu l-istess kundizzjonijiet essenzjali bhal dawk espressament imsemmija mil-ligi. Dan japplika wkoll fejn ikun hemm rabta bejn il-haga mizmuma u l-kreditu tal-persuna li tippretendi li tista' tibqa' zzomm dik il-haga. Jidherli l-fehma hija li fil-ligi taghna minkejja li d-dritt ta' ritenzjoni m'huwiex minnu nnifsu jedd ta' privilegg jew kawza ta' prelazzjoni, l-istess kawzi ta' preferenza ma jnaqqsu xejn mis-sahha ta' tali jedd fejn japplika. Jidher ghalhekk li, fejn il-ius retentionis japplika, dan jista' jigi oppostkontra t-terzi persuni li jkollhom interess fil-haga mizmuma u mhux biss kontra d-debitur li minghandu l-haga ghaddiet ghand il-kreditur;

Ma jidhirx li l-ligi Maltija (ghall-kuntrarju ta' sistemi legali ohrajn) - la dik generali fid-diversi dispozizzjonijiet tal-Kodici Civili u lanqas dik specjali tal-Kapitolu 281 - taghti jedd espress lil accountant u awditur pubbliku biex izomm taht idejh karti u dokumenti ta' klijenti tieghu, sakemm jithallas.

Fil-kaz partikolari id-dokumenti ul-karti li l-imharrek zamm f'idejh ma kinux ix-xoghol tieghu, imma kienu dokumenti u karti mghoddija lilu biex minnhom silet taghrif mehtieg biex ifassal ix-xoghol tieghu. L-imharrek zamm il-karti ud-dokumenti ghal hlas ta' servizzi ohrajn ma' liema l-istess karti u dokumenti ma kinux daqstant marbutin. Ghal dan in-nuqqas huwa nstab responsabbli ghad-danni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info