Reference: 932/2001/1

Judgement Details


Date
16/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
TASIKA AUTO LTD vs MIZZI JASON
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
CESSJONI TA` KAWZA, HLAS TA` SPEJJEZ RELATTIVI - META T-TIENI KAWZA TINBEDA WAQTL LI L-EWWEL WAHDA TKUN GHADHA PENDENTI - CESSJONI TA` KAWZA, MUMENT LI FIH ISSEHH IC-CESSJONI
Summary
Il-ligi tistabilixxi liema huma c-cirkostanzi li fihom tista' titressaq l-eccezzjoni li att gudizzjarju jkun ma jiswiex u dawn ic-cirkostanzi huma mizmuma bhala tassattivi sewwasew minhabba l-effett li jista' jingieb jekk il-Qorti jkollha tilqa' eccezzjoni bhal dik. Fost l-erba' cirkostanzi applikabbli hemm dik fejn in-nullita' tal-att hija dikjarata espressament mil-ligi;

Il-ligi tahsebukoll ghall-kaz fejn parti taghzel li tirrinunzja ghall-atti li hija tkun ressqet f'Qorti, u filwaqt li taghti ghazla hielsa lill-istess parti fejn tali rinunzja tkun minghajr kundizzjoni, torbotha madankollu li ma tistax tibda kawza ohra ghall-istess haga kontra l-istess persuna qabel ma tkun hallset l-ispejjez tal-kawza rinunzjata lill-parti l-ohra (Art. 907(2) Kap. 12). L-imharrek jistrieh fuq din id-dispozizzjoni biex isejjes l-eccezzjoni tieghu li l-azzjoni attrici ma tiswiex;

Ir-rinunzja jew cessjoni ttemm il-procedura li tkun giet hekk ceduta imma ma ttemmx il-jedd ghall-azzjoni, l-izjed meta r-rinunzja jew ic-cessjoni tkun saret mill-parti attrici "biex tirregola ruhha". Huwa ghalhekk li l-ligi tqabbel ir-rinunzja mad-dezerzjoni ghal dak li huwa effett. Izda minhabba lil-effetti tar-rinunzja huma bhal dawk li jsehhu fid-dezerzjoni, persuna li trid terga' tiftah kawzafuq l-istess haga kontra l-istess persuna jehtigilha li, qabel, thallas l-ispejjez tal-kawza ceduta.Fin-nuqqas, il-parti mharrka ghandha jedd li tqanqal l-eccezzjoni relattiva li, jekk tintlaqa', twassal lil dik il-parti li tinheles milli tibqa' izjed fil-kawza;

Il-ligi torbot ir-regola tal-hlas tal-ispejjez lill-parti l-ohra dwar il-kawza ta' qabel ma azzjoni li tkun "ghall-istess haga".Dan jghodd ukoll jekk it-tieni kawza titressaq quddiem Qorti differenti minn dik li quddiemha kienet tressqet il-kawza li giet ceduta. Dak li jikkostitwixxi "l-istess haga" m'huwiex tabilfors l-uzutal-istess kliem, imma n-natura fil-qofol tal-azzjoni l-wahda u l-ohra;

Ir-regola tal-artikolu 907 tidhol fis-sehh biss jekk kemm-il darba t-tieni kawza tinbeda wara li l-ewwel wahda tkun diga' giet ceduta. Minn kliem il-ligi, ma jidhirx li persuna li tkun bdiet it-tieni kawza waqt li l-ewwel wahda tkun ghadha ghaddejja jaqa' fuqha l-obbligu li thallas lill-parti l-ohra l-ispejjez taghhatal-ewwel kawza qabel tista' tressaq it-tieni azzjoni. Ma jidhirx li l-parti mharrka, f'kaz bhal dan, tkun tista' tinvoka l-kundizzjonijiet tal-artikolu 907(2), imma biss l-eccezzjoni tal-lis alibi pendens;

Huwa minnu li n-Nota ta' Cessjoni tista' titqies bhala att irriversibbli, imma ma jsirx b'daqshekk l-att li jtemm l-azzjoni, bhalma l-att ta' ammissjoni tal-parti mharrka ma jtemmx il-kawza. Il-waqt effettiv tac-cessjoni tal-kawza huwa meta l-Qorti tippronuncjaha. Li kieku l-kawza tieqaf meta titressaq in-Nota (ta' cessjoni) fir-Registru, is-smigh li jsir wara mill-Qorti biex fihisir il-qari tan-Nota u l-Qorti tieqaf milli tisma' l-kawza ma jkollu l-ebda siwi, anzi, ghall-kuntrarju, jkun fieragh. Dan jinghad ghaliex din il-Qorti tifhem li c-cessjoni jew rinunzja tal-parti attrici ghall-atti hija, tassew, il-pass determinanti li jixhed ir-rieda jew volonta' tal-parti rinunzjanti (minkejja l-qbil jew in-nuqqas ta' qbil tal-parti l-ohra), imma ma tihux post id-determinazzjoni tal-vertenza li l-ligi tqieghed biss fis-setgha u l-funzjoni tal-gudikant ladarba l-kawza tkun tressqet quddiemu. Fi kliem iehor, ic-cessjoni tohloq kwazi-kuntratt gudizzjarju bejn il-partijiet f'kawza, li l-formalizzazzjoni tieghu jigi sanzjonat biss meta l-gudikant jipprovdi l-gharfien tieghubil-pronunzjament jew degriet li jiddikjara l-kawza mitmuma;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info