Reference: 2/2003

Judgement Details


Date
03/11/2003
Court
CRIMINAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
GAFFARENA JOSEPH vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
CHALLENGE, ELEMENTI TA`
Summary
Il-procedura hekk imsejha "tac-challenge" kontemplata fl-Artikolu 541(1) tal-Kodici Kriminali hi, f'certu sens, procedura straordinarja. Ir-regola hi li l-azzjoni kriminali hi essenzjalment wahda pubblika u tmiss lill-Istat (Artikolu 4(1), Kap. 9). Tali azzjoni titmexxa ex officio fil-kazijiet kollha hlief f'dawk il-kazijiet fejn hi mehtiega l-kwerela tal-parti privata jew f'dawk il-kazijiet fejnil-ligi espressament thalli t-tmexxija ta' l-azzjoni f'idejn il-parti privata (Artikoli 4(2) u 373,Kap. 9). Il-procedura tac-challenge - li ma tapplikax ghal kontravvenzjonijiet jew ghal delitti fejnit-tmexxija tal-azzjoni kriminali tmiss lill-parti privata - trid ghalhekk tigi applikata b'mod rigoruz ghal dawk il-kazijiet biss li trid il-ligi u fit-termini li trid il-ligi.

L-Artikolu 541(1) tal-Kap. 9 jaghmilha cara li huwa biss f'dawk il-kazijiet fejn il-Pulizija Esekuttiva ma tkunxtrid tagixxi "wara d-denunzja, ir-rapport jew il-kwerela ta' delitt" li hu koncess li jkun hemm l-intervent gudizzjarju. Huwa biss meta l-Pulizija Ezekuttiva ma tkunx trid tagixxi fir-rigward tad-delitt jew delitti specifikatament indikat jew indikati fid-denunzja, fir-rapport jew fil-kwerela li d-denunzjant jew minn jaghmel ir-rapport jew il-kwerelant jista' jitlob l-ordni tal-Magistrat skond l-imsemmi Artikolu 541(1), u dan, s'intendi, wara li jkun ottempera ruhhu mad-diversi rekwiziti procedurali indikati fl-imsemmija disposizzjoni. Dan ir-reat ma hemmx ghalfejn jigi specifikat bl-isem tekniku tieghu; huwa bizzejjed li mid-denunzja, mir-rapport jew mill-kwerela jkun jirrizulta car liema reat qed jigi denunzjat jew rappurtat jew fir-rigward ta' liema reat li jkun sar kontra tieghu il-kwerelant jitlob li jittiehdu passi.

Ma hux l-iskop tal-procedura tac-challenge li tinfetah indagini lil hinn mir-rapport, denunzja jew kwerela. Il-procedura in kwistjoni m'ghandhiex isservi bhala a fishing expedition biex wiehed jipprova jara x'jirrisulta mill-provi (jekk jinstemghu provi, ghax il-Qorti tal-Magistrati tista' tiddispensa mis-smigh tal-provi) biex imghad dik il-Qorti tiddeciedi hi id-delitt li fir-rigward tieghu il-Pulizija Ezekuttiva ghandha tipprocedi. Fi kliem iehor, id-delitt li dwaru jista' jsir l-ordni lill-Kummissarju tal-Pulizija taht l-Artikolu 541(1) irid ikun wiehed li jkun gie predikat b'mod car fid-denunzja, fir-rapport jew fil-kwerela.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info