Reference: 286/1996/1

Judgement Details


Date
30/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
BORG RAYMOND NOE vs FOGG LIMITED NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, AGENT HUWA MANDATARJU TAL-ASSIGURAT - ASSIKURAZZJONI, DOVER TAL-ASSIGURAT LI JSEMMI KULL FATT LI RAGJONEVOLMENT GHANDU JHOSS LI HU RILEVANTI GHALL-ASSIKURATUR - ASSIKURAZZJONI, FATTI MATERJALI - ACCIDENT HISTORY - ASSIKURAZZJONI, META TERZ JGHIN LILL-ASSIGURAT FIL-MILI TAL-PROPOSAL FORM - ASSIKURAZZJONI, PROPOSAL FORM - ASSIKURAZZJONI, UBERRIMA FIDES
Summary
Kuntratt t'assikurazzjoni huwa riskju ghal min johrog il-kopertura, u kwindi, hu mistenni li min jitlob assikurazzjoni jkun onest maghha u jaghtiha l-informazzjoni kollha materjali u rilevanti ghall-kaz.

Gie ribadit il-principju li kull fatt materjali ghandu jigi ndikat, u fatt materjali giedeskritt bhala "fatt ta' xorta tali li jinfluwenza d-decizjoni ta' assiguratur prudenti meta jigi biex jara jekk ghandux jiehu r-riskju".

Il-kuntratt ta' assikurazzjoni hu meqjus bhala wiehed tal-aqwa bona fede, u l-proponent ghandu jaghti risposta cara dwar dettalji li jigu mistoqsija lilu espressament fil-proposal forms; anzi hu generalment ritenut li l-proponent hu fid-dmir li jsemmi kull fatt li ragjonevolment ghandu jhoss li hu rilevanti ghall-assikuratur li jkun jaf, u dan anke' jekk ma jkunx mistoqsi.

Il-proposal form hija parti ntegrali tal-polza ta' l-assigurazzjoni, u kwindi, dikjarazzjoni falza maghmula fil-formola hija qisha dikjarazzjoni falza fil-polza.

Meta assikurat jichad li qatt qabel ma ghamel claims meta, fil-fatt ghamel, jew meta jkun mistoqsi dwarhaga specifika direttament u jonqos li jaghti risposta preciza tal-fatti li jistghu jkunu materjalighall-konkluzjoni tal-ftehim dwar il-hrug innifsu tal-polza ta' assikurazzjoni, m'ghandux ikun hemmdubju li hu naqas milli jikxef "a material fact".

Meta l-proposal form tigi mimlija mhux mill-proponent, imma minn persuna ohra, din titqies li mliet il-formola ghall-proponent, u mhux ghall-assikuratur, specjalment meta l-proponent, qabel ma jiffirma l-proposal form, kien hares lejha u accerta ruhu li kollox sar sewwa, u b'hekk assuma r-responsabbilta' tad-dikjarazzjoni maghmula fiha.

F'kaz simili, is-sub-agent hu mandatarju tal-'proposer', f'dan il-kaz l-attur u mhux tal-kumpanija, filwaqt li jkun qieghed jimla' d-dettalji bl-inkarigu ta' l-attur.

Dan l-obbligu to disclose material information, in tema ta' kuntratti ta' assigurazzjoni, hu llum universalment rikonoxxutghaliex jifforma element essenzjali tan-natura tal-kuntratt ta' assigurazzjoni. Obbligu li din il-Qorti tqis li kien fuq kollox u qabel xejn jinkombi fuq l-attur li kien fid-dover li sua sponte u volontarjament ipoggi l-informazzjoni kollha ghad-dispozizzjoni tas-socjeta' konvenuta li hadet l-inkarigu li timla' l-proposal form u dana irrispettivament minn jekk u kienx gie jew le mitlub minn din l-istess socjeta' li hekk jaghmel.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info