Reference: 1561/1997/1

Judgement Details


Date
30/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
FENECH SALVU vs MALTA DAIRY PRODUCTS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, META TIKKONTJENI TALBA SABIEX MANDAT TA` INIBIZZJONI JIGI KONFERMAT PERMANENTEMENT - KUNTRATT, INTERPRETAZZJONI TA` - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI JKUNU CARI - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI MA JKUNUX CARI - KUNTRATT, PACTA SUNT SERVANDA - KUNTRATT, REGOLI TA` INTERPRETAZZJONI
Summary
Kull mandat kawtelatorju min-natura tieghu stess, ghandu validita' u hajja, sakemm u biex il-kreditur ikollu opportunita' li jikkonkretizza l-kreditu tieghu f'titolu ezekuttiv u jippermetti jesegwixxikreditu li b' hekk ma jkollux bzonn ta' aktar kawtela.

Illi ghalhekk l-istess Onorabbli Qorti tal-Appell fl-istess sentenza ghamlet id-differenza li tezisti bejn "id-dritt ta' kawtela - cjoe'id-dritt procedurali - li ma huwiex id-dritt sostanzjali li jista' jigi kawtelat. Dawn huma zewg drittijiet distinti u ma jistghux jigu ridotti u konfuzi fi dritt wiehed. Huwa ovvju li l-jedd imsemmifil-mandat m' huwiex id-dritt li taghmel il-mandat imma huwa d-dritt li ghalih il-kreditur ghamel uzu mid-dritt li johrog il-mandat.

Il-kwistjoni kollha hija li ma "tikkonfondi l-kuncett ta' kawtela ma' dik ta' garanzija ta' drittijiet".

Ma hemm ebda fondament legali li tintalab konferma tal-Mandat kawtelatorju stante li il-ligi trid li mandati simili jigu msahhin u mwettqa b'citazzjoni, li tkun allura allaccjata mal-pretensjoni tar-rikorrenti u mhux ma rikonferma ta' digriet gja'moghti fil-kaz tal-mandat jew mandati. Certament ghalhekk it-talba kif maghmula hija mproponibblighax ma hijiex kontemplata mill-ligi.

Tali talba ma hijiex permessa fil-ligi taghna billi twassal ghall-inibizzjoni perpetwa tal-konvenut milli jaghmel dak imsemmi fil-mandat minghajr ma jigistabbilit jekk l-attur ghandux il-jedd, li irrizulta prima facie pruvat fil-proceduri tal-mandat.

Il-ligi ma tikkontemplax il-possibbilta' ta' mandat kawtelatorju permanenti.

Fid-dikjarazzjonijiet li talvolta jkunu mehtiega biex l-attur jasal ghal xi wahda mid-domandi tieghu ma hemmx bzonn li jsiru taht forma ta' domandi jimplika biss li certi dikjarazzjonijiet ma hemmx bzonn li jsiru taht forma ta' domandi. Fil-kaz odjern non si tratta ta' nuqqas ta' dikjarazzjonijiet li jwasslughad-domanda izda nuqqas tad-domanda stess.

Ghalhekk il-gurisprudenza hija kostanti f'dan ir-rigward u stabbiliet konsistentament illi:-

(a) Talba sabiex mandat t'inibizzjoni jigi kkonfermat in perpetwita' ma hijiex ammissibbli skond il-ligi taghna u senjatament kontra d-dispozizzjonijiet tal-artikolu 843 tal-Kap 12.

(b) Illi wara kull mandat t'inibizzjoni, fit-terminu preskritt skond l-istess artikolu 843 tal-Kap 12 ghandha ssir citazzjoni ghall-jedd imsemmi u kawtelat fil-mandat.

(c) Illi t-talbiet ghal tali konsegwiment u asserzjoni tal-jedd sostantiv ivarjaw skond id-dritt li jrid jigi vantat, u jista' jimporta talba sabiex il-konvenut jigi inibit milli jaghmel xi haga lill-attur, proprio minhabba d-dritt sostantiv tal-attur vantat u ezercitat fl-istesscitazzjoni;

L-artikolu 1002 tal-Kapitolu 16 jistipula illi "Meta l-kliem ta' konvenzjoni mehud fis-sens li ghandu skond l-uzu fiz-zmien tal-kuntratt, hu car, ma hemmx lok ghal interpretazzjoni".

Il-principju kardinali li jirregola l-istatut tal-kuntratti jibqa' dejjem dak li l-vinkolukontrattwali ghandu jigi rispettat u li hi l-volonta' tal-kontraenti kif espressa fil-konvenzjoni li kellha tipprevali u trid tigi osservata. Pacta sunt servanda.

Illi l-gurisprudenza nostralihi kostanti filli rriteniet li ma hix ammissibbli li prova testimonjali kontra jew in aggjunta ghall-kontenut ta' att miktub u hi talvolta ammessa biex tikkjarifika l-intenzjoni tal-partijiet meta din hi espressa b'mod ambigwu.

Il-Qrati jkunu obbligati jinterpretaw il-konvenzjoni meta f'kuntratt il-partijiet ma jkunux spjegaw ruhhom car jew posterjorment ghall-kuntratt jintervjeni avveniment li jkollu bhala konsegwenza kwistjoni li ma tkunx giet preveduta u li kien hemm bzonn li tigi maqtugha, u din ghandha tigi primarjament interpretata skond l-intenzjoni tal-partijiet li jkunu hadu parti fil-kuntratt u li tkun tidher car mill-kumpless tal-konvenzjonijiet.

Il-principju kardinali li jirregola l-istatut tal-kuntratti jibqa' dejjem dak li l-vinkolu kontrattwali ghandu jigi rispettat u li hi l-volonta' tal-kontraenti kif espressa fil-konvenzjoni li kellha tipprevali u trid tigi osservata. Pacta sunt servanda.

Dan iwassal ghall-principju iehor stabbilit li jirritjenili l-kuntratti ghandhom jigu esegwiti in 'bona fede' u li jobbligaw mhux biss dak li jinghad fihom,izda wkoll ghall-konsegwenzi kollha li ggib maghha tali obbligazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info