Referenza: 1849/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
GRECH MICHAEL vs WOOLSEY MALCOLM ROBERT
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, KIF GHANDU JSIR SORPASS - KOLLIZJONI, SORPASS F` INKROCJU TAT-TOROQ - KOLLIZJONI, VELOCITA`
Fil-Qosor
Regola importantissima ghas-sorpass hi li dan ghandu jsir b'sikurezza. Fil-Kodici dwar it-Traffiku fit-Triq, insibu r-rakkomandazzjoni Numru 71 " Never overtake unless you are SURE that you can do sowithout danger to yourself or others."

Il-kwistjoni ta-"overtaking" tista tiehu aspett ferm specjali fic-cirkostanzi partikolari tal-lokalita' (Ara Sec 74 tal-Kodici dwar it-Traffiku). Fosthomhemm li m'ghandux isir sorpass fejn hemm junction, bhala ma kien hemm fejn gara l-incident.

L-attur ghalhekk kellu obbliga gravi, u ried ikollu grad akbar ta' attenzjoni meta jaghmel is-sorpass minhabba l-potenzjalita' ta' emergenza subitanea ta' nies jew vetturi hu u jittraversa l-junctionfejn gara l-incident.

Rigward il-principji rikonoxxuti fil-gurisprudenza "in civilibus" rigward l-effett ta' velocita' ecessiv tal-'main road user' fuq id-determinazzzjoni tar-responsabilita'tas-sinistru, gie kostantement ritenut illi waqt li l-velocita' eccessiv ghal dik regolamnetari, jekk tirrizulta pruvata, tesponi lid-driver ghall-proceduri kriminali kontra tieghu ghall-vjolazzjoni tar-regolamenti tas-sewqan appositi; tali velocita' eccessiva fiha infisha ma tistax titqies a prioribhala fattur determinanti ghar-responsabilita' ghall-incident jew kontributorju ghalih. Irid jigi stabbilit sodisfacentement illi l-velocita' eccessiva kienet l-element determinanti li pprovoka l-incident u li tista' titqies bhala l-kawza prossima tal-akkadut, jew li jkun kkontribwixxa b'mod relevanti ghall-aggravament tad-danni kagjonati mill-istess sinistru.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni