Reference: 22/2002/1

Judgement Details


Date
29/10/2003
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J., VALENZIA GEOFFREY
Parties
IL-PULIZIJA vs ARRIGO DR. NOEL LL.D. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, F`LIEMA STADJU TAL-ITER PROCESSWALI TAL-PROCEDURI ORDINARJI GHANDU JITQAJJEM ILMENT KOSTITUZZJONALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - DIKJARAZZJONIJIET MAGHMULA MINN AWTORITAJIET PUBBLICI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - KONTINWAZZJONI TA` PROCEDURI KRIMINALI WARA SEJBIEN TA` VJOLAZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - PREZUNZJONI TA` L-INNOCENZA ELEMENT ESSENZJALI TA`
Summary
Ladarba l-presunzjoni ta' l-innocenza huwa wiehed mill-elementi ta' "smiegh xieraq" - imsemmi fl-Artikoli 39(1) tal-Kostituzzjoni u 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea - il-Qorti ma tistax tikkonsidra ilmentdwar ksur tal-presunzjoni ta' l-innocenza - ai termini ta' l-Artikoli 39(5) tal-Kostituzzjoni u 6(2) tal-Konvenzjoni Ewropea - u a priori tirrifjuta illi tikkonsidra l-ilment ta' l-appellanti dwar ksur ta' l-Artikoli 39(1) tal-Kostituzzjoni u 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea.

Fis-sistema guridiku taghna hemm garanziji u salvagwardji bizzejjed b'mod illi, anke jekk kellu jirrizulta illi giet pregudikata l-prezunzjoni ta' l-innocenza tar-rikorrent, ma jistax jinghad illi proceduri kriminali fil-konfront tar-rikorrent ma jigux determinati minn qorti oggettivament indipendenti u imparzjali.Dan japplika kemm jekk il-proceduri kriminali relativi jigu determinati mill-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali, kemm jekk l-istess proceduri jigu determinati mill-Qorti Kriminali, bil-partecipazzjoni tal-gurati jew minghajr din il-partecipazzjoni, u kemm f'kaz ta' xi eventwali appell quddiem il-Qorti ta' l-Appell Kriminali.

Il-provedimenti li jirrigwardaw id-dritt tal-presunzjoni tal-innocenza ma jistawx jimpedixxu lill-awtoritajiet li jghatu informazzjoni lill-pubbliku dwar investigazzjonijiet ta' natura kriminali li jkunu ghaddejjin. Din l-informazzjoni peròtrid tinghata 'with discretion and circumspection necessary if the presumption of innocence is to be respected'.

Is-semplici fatt li ssir rizerva mhux bizzejjed izda wiehed irid ihares lejn dak kollu li jkun gie dikjarat.

Mhix korretta s-sottomissjoni li sakemm wiehed jillimita ruhusemplicement ghall-fatti minghajr ma ghamel kwalifika legali tal-fatti, bir-rispett kollu, ma hemm ebda kwistjoni ta' ksur tal-prezunzjoni tal-innocenza.

Izda jkun hemm vjolazzjoni tal-prezunzjoni ta' l-innocenza purkè jirrizulta illi minhabba l-kliem lamentat "there is some reasoning to suggest that the official regards the accused as guilty".

Lezjoni tal-prezunzjoni ta' l-innocenzatfisser necessarjament lezjoni tad-dritt fondamentali ghal smiegh xieraq.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info