Reference: 2213/2000/1

Judgement Details


Date
25/09/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
TAX FREE SERVICES LTD vs ATLAS INSURANCE AGENCY LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, KLAWSOLA LI TISPECIFIKA PERIJODU TA` DEKADENZA
Summary
Dwar in-natura legali u s-siwi ta' klawsoli b'kundizzjonijiet ta' zmien ghat-tressiq u l-ipprocessarta' talba ghall-kumpens huwa mizmum mill-awturi li klawsoli ta' din l-ghamla jorbtu lill-partijiet,b'mod partikolari fejn dawn il-kundizzjonijiet ikunu preordinati ghas-siwi tal-polza ("precedent tothe validity of the policy"). Kemm hu hekk, huwa accettat li "If such a condition is clear, and isprecedent to the insurer's liability, a failure to comply, however inadvertent or excusable, will entitle the insurer to avoid liability". Izda, minhabba li l-assikurat jista' jhabbat wiccu ma' effetti drastici minhabba klawsoli bhal dawn, tezisti fehma li, jekk il-ligi hekk tippermetti, il-Qortijista' jkollha s-setgha li tehles assikurat bona fide mir-rabta ta' klawsola bhal dik, jew li klawsola bhal dik tghodd biss jekk kemm-il darba l-assikuratur isehhlu juri li garrab pregudizzju minhabba d-dewmien tal-assikurat li jressaq it-talba tieghu;

Ladarba tali klawsoli jikkostitwixxu dekadenza tal-jedd tal-assikurat taht il-polza, tali klawsoli ghandhom jinghataw tifsira dejqa u litterali u m'ghandhomx jitwessghu aktar mill-mehtieg fl-applikazzjoni taghhom;

Il-piz tal-provali l-assikurat ikun tilef il-beneficcju li jressaq talba taht polza jaqa' fuq l-assikuratur, sakemmil-polza innifisha ma tkunx tefghet dak il-piz fuq l-assikurat;

Fil-qrati taghna, s'issa, jidher li rebhet il-linja ta' interpretazzjoni stretta ta' klawsoli bhal dawn li wasslet biex in-nuqqas ta' harsien kif imiss min-naha tal-assikurat tat-termini stabiliti fil-polza jgib mieghu t-telfien ta' kull beneficcju li l-assikurat jista' jippretendi taht il-polza. Ir-ragunament wara dawn id-decizjonijiet jidher li kien marbut mal-obbligu li l-assikurat isegwi b'ghaqal u bl-oghla bona fede l-pretensjonijiet tieghu taht il-polza;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info