Referenza: 910/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/10/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
GAUCI CHARLES vs ABELA EMANUEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SENTENZA, ANKI FI PROCEDURI SOMMARJI SENTENZA GHANDHA TKUN BEN MOTIVATA - SENTENZA, HTIEGA LI TKUN BEN MOTIVATA
Fil-Qosor
Hu minnu illi l-kawzi f'gurisdizzjoni inferjuri jigu trattati sommarjament sa fejn kompatibbli ma' l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja. Dan pero` ma ghandux ifisser illi l-gudizzju dwarhom jigu huwkoll trattat u konfezzjonat sommarjament u minghajr id-debitu harsien ta' dawk l-elementi essenzjali li jsawwru l-istess gudizzju. Meta jsir dan il-gudizzju jigi destitwit minn dak il-principju tar-rigur procedurali sancit fl-Artikolu 218 tal-Kap 12, fejn jezigi illi "fis-sentenza ghandhom qabelxejn jinghataw ir-ragunijiet li fuqhom il-qorti tkun ibbazat id-decizjoni taghha, u ghandu jkun hemmfiha wkoll riferenza ghall-procedimenti, ghat-talbiet ta' l-attur u ghall-eccezzjonijiet tal-konvenut".

Huwa indubbju illi l-volonta` tal-gudikant tista' tittiehed anke mill-konsiderandi tas-sentenza, u li d-disposittiv ma ghandux jittiehed separatament mill-motivazzjoni, izda ghandu jigi minn din definit u spjegat.

Sabiex tigi rikonoxxuta l-vera portata ta' sentenza jinhtieg li ssir indagini tal-kwistjoni li fuqha l-gudikant kellu jippronunzja ruhu u d-diskussjoni li tkun ipprecediet il-gudizzju tieghu u ezami tad-disposittiv fl-interezza tieghu, billi dan jigi mqabbel u jitqieghed f'armonija mal-motivazzjoni, li wkoll tifforma parti mis-sentenza, ghalkemm il-gudikat ma jemanax minnha, u meta d-disposittiv ta' sentenza jigi formulat f'termini generici, it-tifsira tieghu tista' tigi ristretta mill-konsiderazzjonijiet li jkunu immotivawh.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni