Reference: 83/2001/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PACE BROTHERS LIMITED vs LA ROSA GIFTWARE LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, BDIL FIX-SHAREHOLDING TA` KUMPANNIJA MA JAMMONTAX GHAL SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, VARJAZZJONI TAL-KONDIZZJONIJIET TA` KIRJA PROTETTA AI TERMINI TAL-KAP. 69
Summary
Artikolu 1536 tal-Kodici Civili, "jekk, meta jaghlaq iz-zmien tal-kiri, l-kerrej jibqa' u jigi mholli fit-tgawdija tal-haga mikrija lilu, jinghad li l-kiri gie mgedded taht l-istess kondizzjonijiet ubl-istess jeddijiet u obbligi ghal zmien meqjus kif jinghad fl-artikolu 1532 ... . .".

Huwa desumibbli minn dan l-artikolu tal-ligi illi t-tigdid tacitu tal-kiri jimponi r-rispett shih tal-volonta` kontrattwali tal-partijiet kontraenti fil-ftehim ta' lokazzjoni. Ghall-Bord li ppronunzja s-sentenza dan kien ifisser allura illi kellu jigi rispettat ukoll il-patt li bih gie konferit lill-kerrej id-dritt tas-sullokazzjoni. Dan bl-applikazzjoni tal-principju illi "pacta sunt servanda".

Fl-ezercizzju ta' l-arbitriju tieghu biex jiddeciedi dwar jekk talba tas-sid biex ibiddel jew ivarja kondizzjonijiet fil-perijodu tar-rilokazzjoni kienetx jew le gusta, l-Bord u din il-Qorti ghandhom izommu dejjem quddiem ghajnejhom it-termini tal-ftehim li s-sid irid ivarja minn kif kien meta gie miftiehem. Dan ghax dik il-volonta` liberament espressa ghandha tibqa' sa fejn hi gust, rispettata.

Madanakollu l-kunsens originarjament moghti mil-lokatur ma ghandux 'nolens volens' ifisserli dan l-istess kunsens ghandu jipperpetwa ruhu meta jokkorru fil-kumpless, cirkostanzi illi jiggustifikaw varjazzjoni jew tibdil ta' xi patt lokatizju bejn il-kontraenti. Il-Qorti irriteniet li f'dan il-kaz kien hemm cirkostanzi tali u gustifikattivi bizzejjed biex tbiddel il-kondizzjonijiet tal-kirja billi eskludiet il-fakolta` tas-sullokazzjoni.

1. Is-socjeta` nkwilina kienet qed tgawdil-privilegg protettiv lilha akkordat bil-ligi specjali. Dan maggorment imbaghad fil-kaz ta' hanut(Artikolu 12 tal-Kap 69);

2. Wiehed ghandu allura jikkonsidra illi r-rikorrenti sidien ma jbatux l-effetti avversi ta' din il-ligi oltre dawk konsentiti. Jinsorgu bhala konsiderazzjonijiet il-fatt tal-fissazzjoni tal-kera u aktar u aktar il-fatt illi l-lokatur ma jistax jittermina l-kirja bil-mera volonta` tieghu. Dawn l-aspetti guridici - socjali wkoll jirrikjedu attenzjoni. Dan anke indipendentement mill-aspett, konsiderat legittimu, "tal-interess tas-sid li ma jhallix lil haddiehorjispekula u jaghmel profitt minn fuq hwejjgu";

3. Il-klawsola li kienet tawtorizza s-sullokazzjoni kellha tinqara u tigi interpretata fl-isfond tal-kuntratt kollu;

4. Bid-divjet tas-sullokazzjoni fil-kaz ma kien jarreka l-ebda pregudizzju partikolari lis-socjeta` nkwilina biex din tirkupra l-kapital investit u tirrealizza l-profitti. Dan ghar-raguni illi din dejjem jibqala d-dritt tbiegh u titrasferixxi l-ishma u l-assi socjali taghha kompriz allura l-inkwilinat, ghandha jew m'ghandhiex id-dritt tas-sullokzzjoni. Negozju dan ghal kollox legittimu. B'hekk il-kerrej jibqa' dejjemis-socjeta` nkwilina.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info