Reference: 566/2001/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
XUEREB MARIA ET vs TBS SERVICES LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, OBBLIGU TAD-DANNEGGJAT LI JIMMINIMIZZA D-DANNI - DANNI, RESPONSABILITA` TA` SID TA` FOND GHAL HSARAT F`FOND ADJACENTI - DANNI, RESPONSABILITA` TA` SID TA` FOND GHAL XOGHOLIJIET MWETTQA FIL-FOND TIEGHU - DANNI, SKOP TA` AZZJONI GHAR-RIZARCIMENT TA`
Summary
Sid ta' fond ma jistax jezimi lilu nnifsu mir-responsabilita` ghad-danni kagunati lill-gar tieghu kemm-il darba ghal tali danni jkun responsabbli kuntratttur imqabbad minnu.

Issa hu veru li d-danneggjat ghandu d-dmir li jaghmel dak kollu ragjonevoli biex inaqqas il-hsara u jimmitiga t-telf lijkun garrab bhala konsegwenza ta' l-att illecitu ta' min ikkaguna l-hsara. Il-kwestjoni ta' x'inhuragjonevoli li jaghmel id-danneggjat biex itaffi l-hsara hi, pero`, kwestjoni ta' fatt li trid tigikonsiderata fic-cirkostanzi ta' kull kaz partikolari. L-oneru tal-prova f'dan ir-rigward specifikujaqa' fuq il-konvenut.

Inoltre, irid jigi sottolinejat ukoll illi ma tezisti l-ebda regola daqstant assoluta jew inflessibbli illi biex il-kondotta tad-danneggjat titqies ragjonevoli dan ghandu bilfors u dejjem jikkonsentixxi jew jippermetti lid-danneggjant isewwielu d-danni, inkella, jekk ma jaghmilx dan, jitlef id-dritt tieghu ghar-rizarciment tal-istess danni.

Jibqa' fuq kollox il-principju generali regolanti materji ta' rizarciment ta' danni li d-danneggjat ghandu dritt jikkonsegwixxi rizarciment li jirrientegra l-patrimonju tieghu minn kull konsegwenza ekonomika tal-event dannuz. Li jfisser li dan l-istess rizarciment jista' jikkonsisti f'somma li tekwipara l-valur ta' l-utilitjiet mitlufa. F'dan il-kaz il-Qorti thoss li dan ir-rizarciment ghandu jkun konfigurabbli fis-somma iffissata mill-assikurazzjoni tas-socjeta` konvenuta billi, kif fuq manifest, hi din is-somma li l-istess atturi appellati kienu accettaw li jircievu u li dwarha interpellaw ufficjalment lis-socjeta` konvenuta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info