Reference: 1840/2002/1

Judgement Details


Date
20/10/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MICALLEF PUBLIUS vs SUNROUTE COMPANY LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, KOMPETENZA RATIONAE MATERIAE - KWISTJONIJIET TA` NATURA KUMPLIKATA
Summary
L-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' l-1995 li holoq it-Tribunal ghal Talbiet Zghar jippreciza li t-Tribunal hu vestit bil-gurisdizzjoni "biex jisma' u jaqta' biss it-talbiet kollha ta' flus ta' ammont mhuxizjed minn elf u hames mitt lira Maltija". Jipprovdi, mbaghad, fis-subparagrafu (5) tal-istess Artikolu 3 ghal dawk il-kwestjonijiet li jesorbitaw mill-gurisdizzjoni tat-Tribunal.

Imkien l-Attprecitat ma jirrestringi l-gurisdizzjoni tat-Tribunal ma' kumplikazzjonijiet o meno tal-meritu tal-kaz specifiku. U allura la dan ma jinghadx espressament fl-Att, il-vera intenzjoni tal-legislatur ma tistax hlief tigi ricerkata mil-ligi nnifisha.

Il-prattika tal-Qrati li jfittxu elucidazzjoni mid-diskussjoni Parlamentari dwar ligi partikulari ghalkemm hi prattika tajba u ben segwita minndejjem pero` giet rigwardata entro parametri ta' salvagwardi strettament delinejati.

Issa huminnu li fil-kumpless tieghu l-Att V ta' l-1995 jipprovdi certament ghall-proceduri spediti u sommarji (Art 9(2)(a), snelliti minn regoli sagramentali ta' procedura.

Madanakollu, il-kwestjoni dwar jekk il-materja hijiex wahda ta' licenzjament jew ta' abbandun hi wahda ta' provi u tal-apprezzament dwarhom. Kwestjoni bhal din ma tistax tahrab la l-attenzjoni u wisq anqas il-gurisdizzjoni tat-Tribunal adit biex jindaga dwarha.

Jekk kull meta tinsorgi materja ta' din ix-xorta l-Gudikatur jaqa' fuq l-iskappatoja ta' kemm hu innifsu jqis il-materja ta' natura kumplikata biex b'hekk jiddeklina milli jitrattaha u jiggudikaha jkun tabilhaqq, fil-fehma ta' din il-Qorti, qieghed b'mod semplicistiku jabdika mid-doveri tieghu, jekk mhux ukoll jistultifika l-istess ligi li kkrejat it-Tribunal specjali. Tali affermazzjonijiet leggeri jew pronunzjamenti spiccjattivi la ghandhom jigu konsentiti u wisq anqas lodati jew segwiti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info