Referenza: 1164/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/10/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SCERRI GAYLE vs BORG ERIC ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, POTERI TA` REVIZJONI TAL-QORTI TAL-APPELL - APPELL, VARJAZZJONI TA` KAP PARTIKOLARI TAS-SENTENZA APPELLATA META MA JKUNX HEMM AGGRAVJU RELATTIV - ECCEZZJONIJIET, SA META JISTGHU JIGU SOLLEVATI ECCEZZJONIJIET TA` NATURA PERENTORJA - ECCEZZJONIJIET, SA META TISTA` TIGI SOLLEVATA L-PRESKRIZZJONI - PRESKRIZZJONI, MA TISTAX TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO - PRESKRIZZJONI, META TISTA` TIGI SOLLEVATA
Fil-Qosor
Il-Qorti ta' l-Appell ma tistax tmur lil hinn mill-aggravji mressqa mill-appellant u dan anki fejn hi ma tkunx taqbel mas-sentenza appellata.

Eccezzjoni perentorja fuq il-meritu japplika ghaliha d-dispost tal-Artikolu 732 (1) tal-Kap 12 li jipprovdu li "eccezzjonijiet perentorji jistghu jinghataw ukoll fil-qorti fil-grad ta' appell ghalkemm ma jkunux gew moghtija fil-qorti ta' l-ewwel grad". B'mod aktar preciz "l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni tista' tinghata f'kull waqt tal-kawza, mqar fl-appell". Infatti qatt ma gie ddubitat jekk l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni anki bl-emendi ghall-Kodici ta' Procedura tistax tigi sollevata fi stadju ta' l-appell salv dejjem il-kwestjonijiet rigwardanti l-kap ta' l-ispejjez.

Il-qorti ma tistax "ex officio" taghti effett ghall-preskrizzjoni jekk din ma tigix eccepita mill-parti interessata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni