Referenza: 964/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/09/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
L.A.C. LTD vs BORG BARTOLO EDWARD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU - RITRATTAZZJONI, SENTENZA TA` L-EWWEL GRAD - FATTI LI JIFFORMAW IL-BAZI TAR-RITRATTAZZJONI JRIDU JKUNU SARU MAGHRUFA LIR-RITRATTAND WARA LI JKUN GHALAQ IZ-ZMIEN TA` L-APPELL - RITRATTAZZJONI, TERMINU TA` TLIET XHUR GHALL-ISTITUZZJONI TA` - DEKADENZA
Fil-Qosor
Il-procedura tar-ritrattazzjoni ghandha zewg ghanijiet: fl-ewwel post, dik li thassar ghal kollox umhux biss parzjalment sentenza li tkun saret gudikat bejn il-partijiet u dan ghal xi wahda mir-ragunijiet specifici u tassattivi msemmija mil-ligi; u, fit-tieni post, dik li terga' tinstama' l-kawzali s-sentenza taghha tkun thassret u li tinghata sentenza ohra mill-gdid. Qabel ma l-Qorti tkun soddisfatta li sabet raguni tajba biex thassar is-sentenza ewlenija, m'ghandhiex, bhala regola, tidholbiex tqis il-mertu tal-kwestjoni maqtugha bis-sentenza li taghha jintalab it-thassir;

Il-prova tar-raguni li ghaliha parti titlob li kawza tigi mismugha mill-gdid trid issir minn dik l-istess parti u trid issir b'mod li jwassal lill-Qorti li tqis li t-talba hija misthoqqa. Il-parti ritrattata m'ghandha ghalfejn tipprova xejn, specjalment meta r-raguni li ssejjes it-talba ghas-smigh mill-gdid ma titnissilx minn ghamil tal-parti ritrattata, bhal f'dan il-kaz;

Ir-rimedju tar-ritrattazzjoni huwa wiehed straordinarju li jolqot sentenza li tkun saret gudikat. Huwa essenzjali f'kull sistema ta' dritt, li sentenza ghandha tkun l-ahhar kelma dwar l-istat ta' dritt bejn partijiet fi kwestjoni, u s-sahha taghha titqies bhala s-sewwa maghruf (pro veritate habetur). Kif inghad, l-effikacja guridika u socjali tal-gudikat titlob li l-amministrazzjoni tal-gustizzja ma tigix imfixkla billi, fi kwalunkwe stadju u minghajr limiti, l-parti telliefa terga' tqajjem il-kwestjoni u tiftahha.Huwa ghalhekk, il-legislatur ried li jaghti espressament, b'mod tassativ u f'dawn it-termini bissr-rimedju tar-ritrattazzjoni li bih biss sentenza tista' tigi attalkkata u mwaqqa' wara li tkun saret gudikat. B'dan il-mod, jekk ghal kaz partikolari ma japplikawx ir-rimedji eccezzjonali tal-istitut tar-ritrattazzjoni, m'hemm l-ebda mod kif titwaqqa' sentenza li ghaddiet in gudikat. Minbarra dan, ilu zmien twil stabilit il-principju li s-sahha tar-rabta ta' sentenza li ghaddiet f'gudikat ma titwaqqax lanqas bir-rimedju tar-ritrattazzjoni fejn ma jintweriex li l-parti kienet imcahhda milli tiddefendi lilha nnifisha, ghall-kuntrarju ta' fejn naqset li tiddefendi lilha nnifisha jew ma haditxdawk il-passi biex tizgura difiza xierqa;

Il-ftuh tal-kawza f'anqas minn tliet xhur minn meta kienet inghatat is-sentenza, m'huwiex il-kriterju wahdien li r-ritrattanda jrid juri huwa jrid juri qabel kull haga ohra li l-fatt allegat minnu bhala raguni siewja biex il-kawza maqtugha tinstama'mill-gdid sar jafu wara li kien ghalaqlu z-zmien biex jappella mis-sentenza;

Ghar-rigward tat-tifsira moghtija lill-artikolu 812 tal-Kodici tal-Procedura Civili, inghad li l-kundizzjoni li tahtha jista' jinghata r-rimedju tar-ritrattazzjoni ta' sentenza moghtija minn Qorti tal-ewwel istanza li ma tkunx giet appellata (jigifieri li r-raguni ghar-ritrattazzjoni ssir maghrufa wara li jkun ghalaq iz-zmien ghall-appell mill-imsemmija sentenza) hija wahda li trid tintwera ghas-sudisfazzjon tal-Qorti li quddiemha ssir it-talba biex il-kawza tinstama' mill-gdid. Fi kliem iehor, it-twettiq ta'din il-kundizzjoni tirbah fuq it-terminu ta' tlitt xhur li fih tista' tintalab ir-ritrattazzjoni. Din il-kundizzjoni giet imfissra bhala "dekadenza" stabilita mill-imsemmi artikolu;

Wahda mill-indizji ewlenin li tmur kontra l-kundizzjoni msemmija fl-artikolu 812 hija n-notifika kif imiss fl-ewwel istanza lill-parti li wara s-sentenza titlob is-smigh mill-gdid tal-kawza. Jekk dik il-partikienet taf bil-kawza (u huwa ghal dan il-ghan li ssir in-notifika tal-atti) u tonqos li tressaq appell mis-sentenza moghtija, titlef il-jedd li titlob is-smigh mill-gdid tal-kawza bil-procedura tar-ritrattazzjoni;

Ir-ritrattazzjoni hija moghtija biss ghal wahda mir-ragunijiet imsemmija fl-artikolu 811 tal-Kap. 12. Fit-tieni lok, l-artikolu 812 japplika ghall-kazijiet kollha fejn jista' jsir is-smigh mill-gdid ta' kawza fl-ewwel grad li ma jkunx tressaq appell mis-sentenza taghha fiz-zmien li trid il-ligi;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni