Referenza: 766/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/09/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
CORTIS CHARLES vs AQUILINA FRANCIS X ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RES JUDICATA, EADEM CAUSA PETENDI - RES JUDICATA, EADEM PERSONAE - RES JUDICATA, EADEM RES - RES JUDICATA, ELEMENTI TA` - RES JUDICATA, IL-GUDIKAT JASSORBI KULL ECCEZZJONI LI KIEN IMISSHA, JEW SETGHET, GIET SOLLEVATA FL-MERTU - RES JUDICATA, IL-GUDIKAT JIKKOMPRENDI DAK KOLLU LI SETA` GIE DISKUSS
Fil-Qosor
Hemm qbil generali kemm fid-dottrina u kif ukoll fis-sentenzi tal-Qrati dwar x'inhuwa mehtieg biex l-eccezzjoni tal-gudikat tista' tintlaqa'. Tlieta huma l-elementi li jmisshom jigu murija minn min iqanqal l-eccezzjoni biex din issehh. Dawn l-elementi huma l-istess oggett (eadem res), l-istess partijiet (eadem personae) u l-istess mertu (eadem causa petendi). Huwa siewi li wiehed izomm quddiemghajnejh ukoll il-massima li biex dik l-eccezzjoni tirnexxi jehtieg li t-tliet elementi jkunu jikkonkorru ghax, fin-nuqqas, ma jistax jinghad li l-haga hija l-istess (nisi omnia concurrunt, alia res est);

L-eccezzjoni tal-gudikat tissemma fl-artikolu 730 tal-Kodici tal-Organizzazzjoni u Procedura Civili bhala wahda li dwarha ghandha tinghata decizjoni b'kap ghaliha, ukoll jekk tinqata' flimkien mal-mertu fid-decizjoni ahharija;

Kif inghad f'ghadd ta' decizjonijiet, l-eccezzjoni tal-gudikat ghandha bhala sisien taghha l-interess pubbliku u hija mahsuba biex thares ic-certezza tal-jeddijiet li jkunu gew definiti f'sentenza, li tbieghed il-possibilita' ta' decizjonijiet li jmorrukontra xulxin u li ttemm il-possibilita' ta' kwestjonijiet li jibqghu miftuha bi hsara tal-jeddijiet stabbiliti bis-sentenza illi tkun inghatat;

Minhabba fil-fatt li dik l-eccezzjoni timmira li twaqqaf azzjoni li jkun altrimenti jisthoqqilha tigi meqjusa minn qorti, l-eccezzjoni tal-gudikatghandha tkun ta' interpretazzjoni dejqa, tant li, f'kaz ta' dubju, l-gudikant ghandu jaqta' kontra dik l-eccezzjoni;

Min-naha l-ohra, dan il-principju huwa mwiezen b'dak l-iehor daqstant ghaqlili, fejn kwestjoni tkun giet definita u trattata, s-sentenza ssir irrevokabbli jekk, wara li tigi appellata jew ritrattata, tigi konfermata; jew, jekk ma tigix appellata jew ritrattata fiz-zmien li tippreskrivi l-ligi, ma ssir l-ebda procedura ohra li tattakka lil dik is-sentenza. Dan il-principjujissahhah meta l-kwestjoni li dwarha tinfetah it-tieni kawza jkun diga' jezisti fil-waqt li tinghatas-sentenza fl-ewwel kawza;

Inqalghu ghadd ta' diffikultajiet matul iz-zmien dwar it-tifsiraxierqa li jmissha tinghata lill-frazi l-"istess kawzali" (eadem causa petendi), l-izjed dwar kemm ghandha titwessa' t-tifsira tal-identita' bejn dak li jkun gie deciz u dak li jkun qieghed jintalab fit-tieni kawza. Huwa tassew ovvju li l-eccezzjoni tal-gudikat tintrabat ma' l-ezistenza ta' sentenza; il-kwestjoni hija jekk tintrabatx biss mal-parti dispozittiva taghha (fil-kliem strettament uzatimill-gudikant fl-ewwel sentenza) jew inkella jekk tintrabatx ukoll mal-konsiderazzjonijiet jew motivazzjonijiet li jintaghmlu u li jwasslu ghal dik is-sentenza. L-atturi, fin-nota taghhom, jishqu bl-akbar qawwa li l-kwestjoni li dwarha titressaq l-eccezzjoni tal-gudikat jehtieg li, fil-fatt, tkungiet effettivament deciza fl-ewwel sentenza u mhux biss setghet giet deciza;

L-gudikat isir japplika mhux biss dwar dak li jkun gie espressament dibattut fil-kawza li s-sentenza taghha titqieghed bhala l-bazi tal-eccezzjoni tal-gudikat, imma japplika wkoll dwar dak li messu jew seta' gie diskuss u ma jkunx gie diskuss mill-parti li kellha interess li tiddiskutih. Il-bidla jew differenza fil-mottivi tal-causa petendi fit-tieni procediment ma jgibx fix-xejn il-gudikat;

M'huwiex ghalxejn li l-ligi tipprovdi li s-sentenza ghandha tkun motivata u li jinghataw ir-ragunijiet li fuqhom il-Qorti tkun sejset id-decizjoni taghha. Huwa minhabba dawk ir-ragunijiet li wiehed jista' jifhem x'ikun wassal lill-Qorti taqta' l-kawza kif fil-fatt qatghetha. Kien ghalhekk li jinghad li d-dispozittiv ta' sentenza m'ghandux jittiehed separatament mill-motivat, imma ghandu jigi minn dan definit u spjegat;

Fil-qosor jinghad li, jekk bejn it-talbiet tat-tieni kawza u dak li gie deciz fl-ewwel kawza jkun hemm kontradizzjoni u impossibilita' ta' ko-ezistenza, allura jirrikorri r-rekwizit tal-identita' tal-oggett li jikkostitwixxi dan l-element kostitutiv tal-eccezzjoni tal-gudikat;

L-element tal-identita' tal-persuni, huwa huwa wkoll fondamentali u ta' siwi daqs iz-zewg elementi l-ohrajn. In-nuqqas tieghu huwa bizzejjed biex jeskludi l-gudikat ghaliex min ma kienx prezenti fil-gudizzju, u lanqas kien fih rappresentat legittimament, ma jistax jitqies marbut b'sentenza moghtija u li ghaddiet in gudikat, ukoll jekk l-ezitu ta' dik is-sentenza ikun jiffavorih;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni