Reference: 155/2003

Judgement Details


Date
14/10/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs FARRUGIA JEREMY JAMES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PIENA, DIMINISHED RESPONSIBILITY - PIENA, MITIGAZZJONI TA` - PROVA, PRODUZZJONI TA` PROVI GODDA FL-ISTADJU TA` L-APPELL
Summary
L-artikolu 424 tal-Kodici Kriminali jiddisponi li :-

"Quddiem il-Qorti superjuri ma jistghuxjingiebu xhieda godda, hlief -

a) jekk jigi pruvat bil-gurament jew b'mezzi ohra li l-parti li toffri x-xhieda godda ma kienetx taf bihom, jew ma setghatx, bil-mezzi li taghti l-ligi, iggibhomquddiem il-Qorti inferjuri;

b) jekk il-prova tkun giet offerta quddiem il-qorti inferjuri, udin il-Qorti, bla ma kien imissha, cahdet din il-prova."

Din id-dispozizzjoni giet fil-gurisprudenza taghna nterpretata li tipprojbixxi l-produzzjoni mhux biss ta' xhieda godda izda ta' provi,cioe' anki dokumenti, godda. Dan ghar-raguni, gusta fil-fehma ta' din il-Qorti, li f' dan l-istadjuta' l-appell dak li ghandu jigi ezaminat huwa biss jekk l-ewwel gudikant iddecidiex tajjeb jew hazinfuq il-provi li kellu quddiemu.

F'kaz ta' appelli dwar il-piena l-principju regolatur hu limhux normali li tigi disturbata d-diskrezzjoni ta' l-Ewwel Qorti jekk il-piena nflitta tkun tidholfil-parametri tal-ligi u ma jkun hemm xejn x'jindika li kellha tkun inqas minn dak li tkun fil-fatt.

L-ammissjoni bikrija mhux bil-fors jew dejjem, jew b' xi forma ta' dritt jew awtomatikament, tissarraf f' riduzzjoni fil-piena.

Skond il-ligi taghna, s-"semi responsibility" mhix accettata bhala wahda mid-difizi kontra akkuza kriminali.

L-artikolu 21 tal-Kap.9 jiddisponi li :-

"..il-Qorti tista' ghal ragunijiet specjali u straordinarji li ghandhom jissemmew bir-reqqakollha fis-sentenza, taghti dik il-piena izghar li, fid-diskrezzjoni taghha, tkun tixraq ghad illijkun hemm stabilit l-inqas piena fl-artikolu li jsemmi dak ir-reat .."

Mela din hi fakolta' diskrezzjonali li tinghata lill-Qorti w mhux xi dritt tal-appellant li jibbenefika mill-applikazzjonitaghha w konsegwentement l-Ewwel Qorti kellha kull dritt li fic-cirkostanzi ma tezercitax din id-diskrezzjoni fil-konfront tal-appellant odjern, specjalment fid-dawl tal-kondotta refrattarja tieghu li ghaliha saret riferenza fis-sentenza appellata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info