Referenza: 1354/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/10/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
ATTARD CARMELO vs SAMMUT JOSEPH PRO ET NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INTERESS GURIDIKU, ATTUR F`KAWZA PETITORJA LI JBIEGH L-ART MERTU TAL-KAWZA - IUS SUPERVENIENS - KUNTRATT, ATT KORRETTORJU
Fil-Qosor
Skond id-dottrina u l-gurisprudenza, biex wiehed jista' jinghad li ghandu interess legali jipproponiazzjoni, huwa bizzejjed li l-kawza tkun tista' tipproducilu rizultament utili jew vantaggjuz.

Sid li fil-mori ta' kawza petitorja jbiegh il-proprjeta` mertu tal-kawza ma jibqaghlux l-interessguridiku mehtieg sabiex ikompli l-istess kawza.

L-atti korrettorji ghandhom iservu sabiex jigu korretti zbalji genwini f'atti pubblici u m'ghandhomx iservu bhala ghodda ghall-opportunismu tattiku.

It-teorija tal-"Jus Superveniens", skond il-gurisprudenza, hija applikabbli meta l-obbligazzjoni li tkun il-bazi ta' l-azzjoni tkun sospiza b'kondizzjoni jew terminu, u din il-kondizzjoni tavvera ruhha, jew it-terminu jaghlaq, waqt il-kawza. Fil-kaz in ezami ma kienet tezisti ebda kondizzjoni jew terminu li kienet tissospendi l-azzjoni de quo izda l-karenza ta' interess guridiku fl-attur appellant kienet rizultat dirett ta' l-agir tal-istess attur li, fil-mori tal-proceduri, ddecida li jittrasferixxi l-art li fuqha kien qed jagixxi kontra l-konvenuti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni