Reference: 2187/1997/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BALDACCHINO MARIA vs PACE EDWIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, INOSSERVANZA TA` MANDAT TA` INIBIZZJONI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, NATURA TAL-PROCEDURI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ORDNI TAL-QORTI MA JISTGHAX JIGI INJORAT - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, PROCEDURI JINBDEW MIR-REGISTRATUR TAL-QORTI - PROCEDURI CIVILI, ORDNI PUBBLIKU
Summary
Min jarbitra u jmur kontra dak li gie lilu ordnat b' mandat ta' inibizzjoni, filwaqt li dak il-mandat ikun ghadu jsehh, jirrendi ruhu hati ta' disprezz ghall-Awtorita` tal-Qorti. L-interess socjali ul-buon ordni pubbliku jezigu illi l-ordnijiet tal-Qorti jigu obduti u jigu kontrarjati u puniti l-infrazzjonijiet ta' dawk l-ordnijiet.

Fil-prezent l-Artikolu 1003A testwalment jiddisponi illi"bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta' dan it-titolu f' kull procediment ghal disprezz lejn l-awtorita` tal-Qorti, ir-Registratur ghandu jibda, kif jigi ordnat mill-Qorti, il-procedimenti mehtiega u ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi huwa ghandu jitqies bhala l-attur."

L-istitut li jirrigwarda r-rispett li ghandu jingieb lill-Qorti (Titolu XVII tal-Kap. 12) hu ta' natura penali u hu mahsub biex jassigura l-buon ordni u d-dekor fil-kondotta tal-procedura. Hu istitut li jimponi sanzjonijiet u pieni fuq minn jonqos mir-rispett lejn l-Awtorita` tal-Qorti. Il-parti leza hi allura l-Qorti u mhux xi wiehed jew wahda mill-kontendenti.

L-istituzzjoni ta' azzjoni ghal disprezz minn parti privata twassal ghan-nullita` u rritwalita` tac-citazzjoni. Il-procedura hi ligi ta' ordnipubbliku. Ghalhekk ma jistax jigi ammess li procedura stabbilita mil-ligi tigi sostitwita b' ohra,lanqas bil-kunsens tal-parti opposta. U l-eccezzjoni relattiva, jekk ma tigix sollevata, jew tigi rinunzjata mill-parti l-ohra, ghandha tigi sollevata mill-Qorti ex officio. Fil-prattika kostanti tal-Qrati taghna dejjem giet dikjarata n-nullita` kull meta procedura li kellha ssir fil-forma ta' certu att gudizzjarju giet istitwita` b' forma ta' att gudizzjarju divers.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info