Referenza: 1626/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SMITH COLLIN ET vs MUSCAT SCERRI PETER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, RESPONSABILITA` GHAL DANNI KAGUNATI MINN ANNIMAL
Fil-Qosor
L-Artikolu 1040 tal-Kodici Civili jipprovdi hekk:-

"Is-sid ta' annimal, jew il-persuna li taghmel uzu minn annimal ghaz-zmien li taghmel uzu minnu, iwiegbu ghall-hsara li dak l-annimal jikkaguna, sew jekk ikun jinsab taht idejhom kemm jekk ikun intilef jew harab."

Minn dan id-dispost tal-ligi huwa ben car illi biex l-atturi jirnexxu fl-azzjoni taghhom iridu jipprovaw:-

(a) id-dannu;
(b) li d-dannu gie kagunat minn annimal;
(c) li l-konvenut kien sid l-annimal jew kellul-affidament tieghu fil-mument li sehh id-dannu;

Tali responsabilita` hija assoluta fis-sensli tirrikorri anki meta ma jkunx hemm htija minn-naha ta' sid l-annimal jew ta' min ikun inqeda bih, izda din il-prezunzjoni mhix 'juris et de jure' u tammetti l-prova liberatorja permezz tal-prova tal-kaz fortuwitu jew tal-forza magguri kif ukoll bil-prova tat-tort jew imprudenza tad-danneggjat lijikkwalifikaw bhala event ta' forza magguri.

Gie ritenut, ghal dik li hi prova liberatorja,illi l-konvenut jehtieglu jfornixxi l-prova tal-kaz fortuwitu biex jisottragga ruhu mir-responsabilita`.

Il-kaz fortuwitu ma jehlisx mir-responsabilita` ghad-danni jekk ikun precedut minn htija ta' min ikkaguna d-dannu jew ta lok ghalih;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni