Reference: 1730/1997/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PORTELLI MARTIN vs PORTELLI REBECCA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
FILJAZZJONI, AMMISSJONI TAL-OMM - FILJAZZJONI, DENEGATA PATERNITA` - ADULTERJU - FILJAZZJONI, DENEGATA PATERNITA` - HABI TAL-GESTAZZJONI U TAT-TWELID - FILJAZZJONI, DENEGATA PATERNITA` - SEPARAZZJONI DE FACTO JEW DE IURE - FILJAZZJONI, META R-RAGEL IKUN MIFRUD MINN MARTU - FILJAZZJONI, RILEVANZA TA` TESTIJIET XJENTIFICI
Summary
Bl-azzjoni ta' de-negata paternita` il-ligi takkorda lir-ragel mizzewweg biex jirrikuza l-minuri skond wahda mill-erba' ipotesijiet prevvisti fl-Artikolu 70 tal-Kodici Civili.

Paragun, anke superficjali, bejn l-istat tal-ligi fir-rigward ta' din l-azzjoni minn dik li kienet qabel l-emendi apportati ghall-Kodici Civili bl-Att XXI ta' l-1993 turi markatament dawn id-differenzi:

(i) Qabel l-emendi l-firda de facto ma kinitx tintitola lir-ragel jirripudja lill-minuri mnissel minn martu fil-kors taz-zwieg. L-Artikolu 83 (b) kien ristrettivament jillimita dan id-dritt fil-kaz biss ta' firda de jure;

(ii) Ukoll qabel l-emendi r-ragel ma setax jirrikuza li jaghraf lill-minuribhala ibnu jew bintu minhabba adulterju hlief meta jkun gie lilu mohbi t-twelid (Artikolu 85). Li jfisser illi biex jirnexxi fl-azzjoni tieghu f' dan il-kuntest huwa htieglu jipprova pozitivament l-adulterju ta' martu, il-habi tat-twelid, oltre l-fattijiet l-ohra li jkunu diretti biex juru u jiggustifikaw li huwa ma jistax ikun missier it-tarbija.

Fl-istat prezenti l-volonta` tal-legislatur hi espressa bl-ghazla tal-preposizzjoni "jew" u ghalhekk ma jinsabux - adulterju u habi - f'sitwazzjoni konkorrenti. U allura issa l-attur jehtieglu jipprova illi fl-intervall bejn it-tliet mitt (300) jum u l-mija u tmenin (180) jum, qabel it-twelid, martu kienet ghamlet adulterju u barra minn hekk jipprova xi fatt iehor li x' aktarx jeskludi dik il-paternita` [Artikolu 70 (d), Kapitolu 16];

Fil-kaz de quo l-attur imkien ma adduca jew ressaq b' mod pozittiv prova wahda dwar l-allegat "habi tat-tqala u tat-twelid tat-tarbija", kif hekk trid il-ligi. Kif akkolt mill-gurisprudenza, il-fatt li martu ma avzatux la bit-tqala u lanqas bit-twelid ma jikkostitwix habi;

L-attur ipprova l-adulterju izda din il-prova wehedha ma tidhirx li hi fil-ligi sufficcjenti gjaladarba l-ligi trid ukoll illi "barra minn hekk jipprova xi fatt iehor li x' aktarx jeskludi dik il-paternita`";

L-indagini dwar l-adulterju, bhal dik dwar il-habi tat-tqala jew tat-twelid, ghandha karattru preliminari fil-konfront ta' l-indagini dwar is-sussistenza o meno tar-rapport prokreativ u trid tkun indipendenti mill-provi inerenti ghal din l-ahhar indagini (inkluzi dawk genetici jew ematologici) l-anqas ma tidher marbuta minn eventwali ammissjonijiet tal-mara, liema, billi jirrigwardaw drittijietindisponibbli, jikkonfiguraw elementi liberament apprezzabbli mill-imhallef.

Dan ifisser illi gjaladarba l-adulterju huwa kontemplat bhala presuppost awtonomu mill-habi tat-tqala u tat-twelid,dwaru issa hi ndispensabbli prova ohra agguntiva li teskludi l-paternita`. Fil-kaz taht konsiderazzjoni ma ngiebet l-ebda prova genetika jew xjentifika. Dan pero` ma jfissirx skond l-istess norma tal-ligi in diskussjoni ma hijiex ammessa prova ohra alternattiva tendenti biex teskludi l-paternita`;

Fil-kaz de quo l-attur ipprova illi minn dakinhar tas-separazzjoni de facto hu u martu ma regghux irrikonciljaw u li inoltre hu u martu ma regghux kellhom rapporti karnali flimkien.

Kemm fl-istat prezenti tal-ligi [Artikolu 70(2)] kif ukoll kif hekk kien dispost anterjorment ghall-emendi [Artikolu 85(2)], "l-istqarrija biss ta' l-omm fis-sens li zewgha mhux missier it-tifel ma tkunx bizzejjed biex teskludi il-paternita` tar-ragel";

Il-ligi stess tiddikjara illi l-konfessjoni ta' l-omm mhijiex bizzejjed biex tkun eskluza l-paternita` tar-ragel, ghaliex l-omm tista' tkun ispirata minn sentimenti wisq diversi, intizi forsi anke biex jingannaw il-gustizzja u jahbu l-verita`. Wiehed jista' jzid ukoll motivazzjonijiet ta' negozjar jew ta' rinunzji konkordati;

Is-semplici dikjarazzjoni ta' l-omm ghalkemm ma hijiex rikonoxxuta lilha ebda prova effikaci, esklussivajew determinanti, dan ma jeskludix il-fatt illi din l-istess dikjarazzjoni tircievi attenzjoni u l-valutazzjoni li jixriqilha bhala element ta' prova fil-kwadru generali tar-rizultanzi processwali l-ohra;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info