Referenza: 1574/1992/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/10/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
CAMILLERI BERTU vs BARTOLI HAROLD ET NOMINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ASSIKURAZZJONI, APPLIKAZZJONI TA` UBERRIMA FIDES KEMM GHALL-ASSIKURAT KIF UKOLL GHALL-ASSIKURAZZJONI - ASSIKURAZZJONI, INSURABLE INTEREST - ASSIKURAZZJONI, UBERRIMA FIDES - DRITT TA` PROPRJETA`, TRASFERIMENT TA` HWEJJEG IMMOBBLI - KONVENJU, CESSJONIJIET TA` DRITTIJIET FUQ - KUNTRATT, KONDIZZJONI RIZOLUTTIVA MA TISSOSPENDIX L-EZEKUZZJONI TAL-KUNTRATT
Fil-Qosor
Is-sistema li bih wiehed icedi d-drittijiet tieghu fuq konvenju huwa sistema sabiex jigi evitat hlasu spejjez zejda ta' kuntratt. Dan it-tip ta' negozju huwa normali f'Malta u, ghalkemm jistghu jinholqu problemi bl-uzu ta' din il-proceduri, wiehed jiltaqa' maghha ta' spiss fin-negozju tal-art.

Oggetti mobbli ma jehtiegux skrittura biex jigu trasferiti u l-proprieta' fihom tghaddi bil-kunsens espress anke oralment. Il-possessur jitqies proprietarju, sakemm ma ssirx revendikazzjoni tal-haga mis-sid skond id-disposizzjonijiet tal-artikolu 559 tal-Kodici Civili.

L-artikolu 1066(2) tal-Kodici Civili jiddisponi li l-kondizzjoni rizoluttiva , "ma twaqqafx l-esekuzzjoni tal-obbligazzjoni", izda tista' twassal ghar-radd lura ta' dak li rcieva f'kaz li tavvera ruhha dik il-kondizzjoni. Fil-frattemp, pero', u sakemm ma tavverax ruhha dik il-kundizzjoni (li jista' jinvokaha biss dak il-kontraent li favur tieghu tapplika dik il-kondizzjoni), l-obbligazzjoni tidhol fis-sehh u jkollhal-effetti kollha naturali taghha. Il-kundizzjoni rizoluttiva, wiehed ifakkar, hija sottintesa f'kullobbligazzjoni bilaterali, u tillibera lill-kontraenti mill-obbligu li jaghti l-korrispettiv, jekk il-parti l-ohra tonqos li taghmel il-parti taghha. Jekk parti wahda, pero', twettaq l-obbligazzjoni taghha, il-parti l-ohra trid tesegwixxi taghha , pero', fil-frattemp, il-kreditur huwa fl-istess sitwazzjoni bhal li kieku l-obbligazzjoni ma kienetx munita b'kondizzjoni rizoluttiva, ghaliex l-ezistenza ta' tali kondizzjoni ma timpedix li l-obbligazzjoni jkollha effikacja guridika shiha. Il-krediturallura ghandu, pendenti l-kondizzjoni, l-istess drittijiet u l-istess azzjoni daqs li kieku l-obbligazzjoni kienet pura u semplici. Meta l-obbligazzjoni ghandha bhala ogget haga certa, il-kreditur isir immedjatament proprjetarju. L-akkwirent taht kondizzjoni rizoluttiva jista allura, pendenti l-kondizzjoni, jistitwixxi l-azzjonijiet petitorji jew possessorji relattivi ghall-haga minnu akkwistata.

Biex wiehed ikopri oggett b'assikurazzjoni, mhux mehtieg li jkun propjetarju ta' dak l-oggett; basta li jkollu dak li fid-duttrina ingliza hu msejjah bhala "an insurable interest". Dan jezistimeta l-assikurat jista' jinghad li jibbenefika mill-ezistenza kontinwata tal-proprjeta` jew il-hajja assigurata u ser isofri hsara minhabba l-hsara jew id-distruzzjoni taghha.

Sakemm l-assikurat ghandu interess fl-esistenza tal-oggett jew li dak l-oggett jibqa' fl-istat li hu, huwa jgawdi l-interess mehtieg biex ikun jista' jitlob polza ta' koperta fuq dak l-oggett.

Il-kuntratt ta'assikurazzjoni huwa wiehed ta' uberime fides kemm ghall-assikurat kif ukoll ghall-kumpanija assikuratrici. Huwa obbligu tal-assikurat li, meta jimla l-polza ta' assikurazzjoni, jaghmel "full disclosure of all material facts", izda l-kumpanija assikuratrici trid ukoll tagixxi in buona fede. Il-kuntratt ta' assikurazzjoni ghandu jigi interpretat in buona fede anke mill-kumpanija assikuratrici; jekk,allura, din rat il-merkanzija kif stmata mill-assikurat u accettat ir-riskju, ma tistax wara tinnega li thallas kumpens fuq kontestazzjoni tal-kwantita' u l-valur ta' dik il-merkanzija.

Il-kumpanja assikuratrici m'ghandiex xi obbligu tivverifika kull talba ghall-assikurazzjoni li ssirilha billi tezamina l-oggett, il-kwantita' u l-valur, li tkun mitluba tkopri b'assikurazzjoni. Dan mhux mistenni minnha, pero', jekk l-assikurat jitlob li l-kumpanija assikuratrici tivverifika l-oggett in kwistjoni, jew jekk, bhala fatt, il-kumpanija assikuratrici jkollha l-opportunita' reali u attwali litara u tezamina l-oggett, ma tistax tghalaq ghajnejha ghal dak li jirrizultalha jew li jista' jirrizultalha b'ezami semplici, u tqajjem is-suspett taghha wara li ssir il-claim.

Il-principju ta' bona fede imposta fuq iz-zewg partijiet kontraenti, "ifisser li bhal ma d-dettalji li hemm fil-proposal form u moghtija mill-assigurat jorbtu lill-istess assigurat anke fir-risposti minnu moghtija jew anke mhux moghtija fit-termini tal-principju tal-obbligu ta' disclosure ghal dak li huma fatti materjali, l-istess rikjesti tal-assigurat kontenuti fl-istess polza huma l-bazi ta' rabta bejn il-partijiet, kemm-il darba l-istess proposta tigi accettata mis-socjeta' assiguratrici, li ghalhekk, kifdi piu' jinghad fl-istess polza, tbiddel dak propost f'offerta accettata bil-hrug tal-polza proprjabhal fil-kaz odjern, u ghalhekk dak kontenut fl-istess formola, jifforma ghaz-zewg partijiet il-bazital-ftehim bejniethom".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni