Reference: 48/2002/1

Judgement Details


Date
09/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
DIFESA GRACE PRO ET NOE ET vs HSBC LIFE ASSURANCE (MALTA) LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, BROKER HUWA AGENT TAL-ASSIGURAT - ASSIKURAZZJONI, POLZA LI TINHAREG A FAVUR TERZI - INTERESS GURIDIKU - INTERESS GURIDIKU, KUNTRATT LI JSIR A BENEFICCJU TA` TERZ - KUNTRATT, RAPPORT GURIDIKU LI JINHOLOQ META META JSIR A BENEFICCJU TA` TERZ
Summary
Kuntratt ta' assikurazzjoni iffirmat a beneficcju ta' terzi (e.g. membri ta' ghaqda li ghandha personalita' guridika distinta minn dik tal-membri taghha) hu validu u hu kontemplat fl-artikolu 1000 tal-Kodici Civili li jiddisponi dan li gej:

"1000. Wiehed jista' wkoll jikkuntratta ghall-vantagg ta' terza persuna, meta dan ikun il-mod jew il-kondizzjoni ta' patt li jaghmel ghalih innifsu, jewta' donazzjoni jew ta' koncessjoni maghmula minnu lil haddiehor; u l-persuna li taghmel dan il-pattma tistax thassru jekk dik it-terza persuna tkun iddikjarat li trid tinqeda bih."

Kuntrattisimili kienu jezistu wkoll fid-dritt Ruman, u fil-perjodi tal-bidu, kien l-istipulanti li kellu jipprocedi kontra l-parti l-ohra biex din taghti lill-beneficcjarju d-drittijiet kontemplati fil-kuntratt; il-benficcjarju ma kellu ebda azzjoni diretta kontra l-konvenut li kien obbligat jibbenefikah.Aktar tard, pero', il-beneficcjarju nghata dan id-dritt ta' azzjoni diretta, mhux ex pacto, izda exdecreto magistratus. Dan id-dritt ta' azzjoni diretta gie eventwalment inkorporat fid-dritt civili ta' dawk il-pajjizi li l-bazi tal-Kodici Civili taghhom hu d-dritt Ruman, u illum hu accettat li l-beneficcjarju taht kuntratt bejn zewg partijiet ohra, ghandu azzjoni diretta ghall-protezzjoni tal-beneficcju koncess lilu b'dak il-kuntratt.

Hu veru li l-kuntratt ta' assikurazzjoni huwa wiehedta' l-aqwa bona fede ghaz-zewg partijiet u l-polza ta' assikurazzjoni trid tigi interpretata skond il-principju ta' bona fede u mhux restritivament, izda meta l-kliem tal-konvenzjoni jkunu cari, it-tifsira tieghu m'ghandux jigi mibdul jew cirkuwit b'mera assunzjoni soggettiva ta' xi parti.

Broker, kif inhu risaput, huwa l-mandatarju tal-assikurat u mhux tal-kumpanija assikuratrici. Meta persuna tqabbad persuna ohra biex tinnegozzja u titratta ghan-nom taghha, hija marbuta bil-ftehim milhuq, u ma tistax titlob li thassar dak il-ftehim jew xi parti minnu fuq il-bazi li hi personalment magietx maghrfa direttament bil-kontenut kollu tal-ftehim. Jekk ikun hemm xi nuqqas da parti mill-mandatarju fil-kuntest tal-obbligu tieghu lejn il-mandat, dan ma jippregudikax id-drittijiet tat-terzi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info