Reference: 1148/1988/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
SCERRI MICHAEL vs ZERAFA MAXIMILLIAN NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH, DIFETT APPARENTI - BEJGH, DIFETT MOHBI - BEJGH, DOVER TAX-XERREJ LI JAGHMEL ACCERTAMENTI - HTIEGA TA` ESPERTI - BEJGH, SERJETA` TAD-DIFETT MOHBI - BEJGH, VERIFIKI LI JRIDU JSIRU QABEL IL-BEJGH
Summary
L-azzjoni estimatorja, bhal dik redibitorja, tigi mill-garanzija li "l-bejjiegh hu obbligat" - kif ighid l-artikolu 1424 tal-Kodici Civili - "jaghmel tajjeb ghad-difetti li ma jidhrux tal-haga mibjugha illi jaghmluha mhux tajba ghall-uzu li ghalih hija mahsuba, jew li jnaqqsu daqshekk il-valur taghha illi x-xerrej ma kienx jixtriha jew kien joffri prezz izghar, li kieku kien jaf bihom". Pero` l-bejjiegh ma jwegibx "ghad-difetti li jidhru, illi x-xerrej seta' jsir jaf bihom" (artikolu 1425 tal-Kodici Civili).

Il-legislatur, bl-imsemmija disposizzjoni tal-ligi, ta zewg karattri distinti,wiehed konsistenti fl-apparenza esterjuri ulmanifesta tal-vizzju u l-iehor fil-possibilita' li fihal-kumpratur ikun jinsab li jsir jaf bihom jekk ikun ezamina l-haga bid-diligenza okkorrenti; jigifieri, biex vizzju jkun apparenti mhux necessarju li jkun jidher esterjorment b'mod hekk evidenti u apart li immeddjatament jikkolpixxi lil dak li ljkun, imma hu bizzejjed li jkun jista' jigi konoxxut wara certu ezami.

Il-legislatur, kwindi, implicitament jimponi lill-kumpratur l-obbligu li jivverifika l-istat u l-kondizzjoni tal-haga taht il-pien li ma jkunx jista'imbaghad jissolleva ebda reklam ghall-vizzju apparenti li minnhom il-haga tkun affetta; u din il-verifika ghandu jalghmilha bid-diligenza konsweta li juza l-bonus paterfamilias.u jekk ix-xerrej ma jkunx kapaci jivverifika hu personalment il-haga, ghall-inesperjenza jew imperizja tieghu, ghandu f'dan il-kaz jisserva jew jassisti ruhu minn persuna prattika u esperta; u jekk ma jaghmilx hekk ma jkunx jista' jghid li ladempixxa dan l-obbligu tieghu."

Mela, allura, il-kliem tal-ligi li "x-xerrej seta' jkun jaf bihom wahdu" ma jfisrux li hu necessarju li d-difett jikkolpixxi l-ghajn izda li l-kumpratur ghandu jezaminal-haga u jivverifikaha u jekk ma jipprocedix ghall-verifika ma jkunx jista' jsostni li ma kienx jafbil-vizzju ghaliex wiehed ikun jista' jirrispondi bil-ligi illi hu seta' wahdu jkun jaf bihom. Jekk ix-xerrej ma jaghmilx l-ezami u l-verifika, ghandu jissaporti l-konsegwenzi tal-proprja negliglenza. Jekk il-kompratur seta' jikkonoxxi d-difett bil-verifika tal-haga, m'ghandux dritt ghall-garanzija.

Jirrizulta, kwindi, li x-xerrejja kollha ghandhom jivverifikaw l-istat tal-haga li jkunu ser jixtru u, jekk ma jkunux prattici, ghandhom id-dover li jassistu ruhhom minn persuna esperta jewprattika, f'dan il-kaz perit arkitett.

"Meta l-haga mibjugha timmanifesta ghal xerrej ordinarjament attent difett jew tracci li jindikaw l-esistenza ta' difett, allura l-vizzju jkun wiehed apparenti.

Tassew, jekk bejjiegh li mhux prattiku jew espert, ghandu jqabbad perit biex jikkonstata l-kondizzjoni tal-fond li jkun ser jixtri, iktar u iktar, bejjiegh bl-istess konoscenza li, ex admissis, ikollu s-suspett li hemm xi difett ma jistax jinghad li adempixxa l-obbligi tieghu jekk ma jqabbadx perit.

Biex ikun hemm lok ghall-azzjoni bbazata fuq dik il-garanzija, jehtieg illi d-difett ikun 'ta' certa gravita`' relattivament ghall-haga mibjugha u ghall-prezz imhallas ghaliha. Il-Qorti trid tkun sodisfatta illi d-difett lamentat kien inaqqas 'talment' il-valur tal-fondi mixtrija illi, kieku l-attrici kienet taf bih, jew ma kinitx tixtrihom affattu, jew kienet toffri ghalihomprezz anqas".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info