Reference: 1560/1995/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI MARGARET ET vs THE CARGO HANDLING CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
IMPJIEG, AGIR DISKRIMINATORJU - PRESKRIZZJONI, MA TISTAX TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO - PRESKRIZZJONI, META L-KONVENUT MA JINDIKAX L-ARTIKOLU PARTIKOLARI LI FUQU JKUN QED JISTRIH
Summary
Ftehim Kollettiv oltre l-presuppost li jkun sar f' isem il-maggoranza ta' l-impjegati, "ghandu bhalaoggett li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tax-xoghol ta' l-impjegati ghal certu zmien". Skop tieghu, imbaghad, huwa l-evitar ta' tilwim u t-tishih ta' relazzjoni tajba b' risq il-paci industrijali;

Materja ta' diskriminazzjoni ma hijiex rizervata biss ghall-investigazzjoniu rettifika mill-organi gudizzjarji kostituzzjonali. Jekk l-organi l-ohra, proprju bhal ma hi din il-Qorti, jistghu jipprovdu skond il-ligi ordinarja rimedju xieraq u adegwat ghal lezjoni, attwali jew mhedda, ta' jedd fundamentali, kien dan l-istess rimedju li kellu, u ghandu, fl-ewwel lok jigi mfittex.

Il-Ftehim Kollettiv bhala kuntratt ghandu "sahha ta' ligi" [Artikolu 992(1), Kodici Civili]. Bhal kull kuntratt iehor dan ghandu jigi "esegwit bil-bona fidi" u l-obbligi u d-drittijiet tieghu sostenuti "bl-ekwita`, bl-uzu jew bil-ligi" (Artikolu 993, Kodici Civili);

Fl-ambitu tar-relazzjonijiet regolati mil-ligijiet ordinarji ghandhom jircievu, imbaghad, protezzjoni shiha mhuxbiss id-drittijiet jew obbligi tal-ftehim, izda wkoll il-harsien pjen tal-jeddijiet fundamentali lil-ligi ordinarja kellha wkoll tassigura. Harsien u protezzjoni kontra l-vjolazzjonijiet tal-jeddijiet fundamentali;

Fil-verita` ma hemm xejn x' josta li xi hadd jagixxi kontra min hu minnu meqjus fi htija ghall-vjolazzjoni ta' xi jedd fundamentali tieghu. Kif jinsab osservat, "dan ghaliexghandu jkun pacifiku li kull individwu kien tenut u marbut li josserva d-dettami tal-Kostituzzjoni utal-Konvenzjoni - din ta' l-ahhar illum parti mill-ordinament guridiku nostran - kif kellu jkun pacifiku li l-Qrati kollha, u mhux biss il-Prim' Awla fil-kompetenza kostituzzjonali taghha, u din il-Qorti, kellhom jinterpretaw u japplikaw il-ligijiet fid-dawl tad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoniu tal-Konvenzjoni".

Anke l-ligi ordinarja tipprovdi r-rimedju meta tinsorgi kwestjoni ta' agir arbitrarju, irragjonevoli jew diskriminatorju. Dan fil-kaz fejn il-materja tigi vizwalizzata mill-ottika tal-ftehim koinvolgenti l-partijiet. S'intendi dejjem u apparti konsiderazzjonijiet ohra rigwardati mill-perspettiva tal-lezjoni tal-jedd fundamentali, fejn haddiema ta' l-istess kategorija li jizvolgu l-istess mansjonijiet identici, jigu trattati differentement fuq il-post tax-xoghol;

Huwa principju assodat fil-gurisprudenza illi l-Qorti ma tistax ex officio taghti effett ghall-preskrizzjoni jekk din ma tigix eccepita mill-parti intressata f' forma specifika.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info