Reference: 1832/1999/1

Judgement Details


Date
03/10/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BANK OF VALLETTA PLC vs WILCLAUD COMPANY LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BENEFICCJU TAL-ESKUSSJONI, DISPONIBILITA` TA` - ECCEZZJONIJIET, ELEMENTI ESSENZJALI GHALL-ESKUSSJONI - GARANZIJA, FORMALITAJIET MEHTIEGA GHALL-VALIDITA` TA` - GARANZIJA, IL-GARANTI SOLIDALI MA JISTAX JECCEPIXXI L-ESKUSSJONI TAD-DEBITUR
Summary
L-Artikolu 1934 tal-Kodici Civili jipprovdi li:

"Il-garanti hu obbligat biss ihallas meta jonqos id-debitur principali, illi qabel xejn ghandu jigi eskuss fuq il-beni tieghu."

Skond l-Artikolu 1935(1) il-beneficcju ta' l-eskussjoni ma jghoddx "jekk il-garanti jkun obbliga ruhu in solidum mad-debitur" [sub-paragrafu (b) tieghu];

Barra minn hekk l-eskussjoni eccepita mill-garanti jew terz possessur m'ghandiex tkun twila wisq jew diffcli wisq izda ghandha tkun qasira u facli.

Li jfisser illi fejn l-oggett indikat mill-garanti jkun tali li jinvolvi eskussjoni difficli uprolungata, il-beneficcju ta' l-eskussjoni ma ghandhiex tigi ntrattenuta;

L-Artikolu 1925 tal-Kodici Civili jiddefinixxi l-garanzija bhala dak il-kuntratt li bih wiehed jintrabat lejn il-kreditur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet ta' wiehed iehor, jekk dan ma jissodisfahiex huwa nnifsu. Ghaldaqstant meta wiehed jobbliga ruhu li jhallas id-dejn ta' haddiehor fil-kaz li dan ma jhallasx dakid-dejn ikun hemm il-figura guridika tal-fidejussjoni;

Kif jinsab stabbilit fl-Artikolu 1929,Kodici Civili, "il-garanzija ma tistax tkun prezunta, izda ghandha tkun espressa";

Meta l-garanzija tkun wahda solidali hu mholli fid-diskrezzjoni assoluta tal-kreditur li jipprocedi kontra kull wiehed mid-debituri in solidum, u d-debitur ma ghandux dritt iressaq l-eccezzjoni tal-beneficcjuta' l-eskussjoni. Dan jipprovdi ghalih ukoll l-Artikolu 1096 tal-Kodici Civili. Jekk jista' jdur kontra kull wiehed mid-debituri solidali, jista' jdur kontra taghhom f' daqqa. Kieku dan ma sarx il-probabilita` hi li l-kondebitur maghzul kien isejjah lill-kondebituri l-ohra fil-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info