Reference: 149/2003

Judgement Details


Date
01/10/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs MANGION CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL, ESPOSIZZJONI TAL-FATTI FIL-QOSOR FIR-RIKORS - APPELL, ESPOSIZZJONI TAR-RAGUNIJIET TA` L-APPELL - APPELL, NULLITA` TAR-RIKORS
Summary
Skond gurisprudenza kostanti, in-nuqqas ta' xi wiehed mir-rekwiziti imsemmija fl-artikolu 419 (1) tal-Kodici Kriminali hi anki sollevabbli "ex officio" mill-Qorti essendo dik id-dispozizzjoni u dawk ir-rekwiziti huma ta' ordni pubbliku. Ir-"raison d'etre tal-artikolu 419 (1) (a) (b) u (c) huwa s-simplifikazzjoni u l-kjarezza u l-legislatur ried li r-rikors tal-appell ghandu jkun redatt b'tali modli mill-ewwel ipoggi kemm lill-Qorti kif ukoll lill-intimat fil-pozizzjoni li jkunu jafu ezatt x'inhuma l-fatti kollha essenzjali, min x'hiex qed jilmenta l-appellant u x'inhu jitlob. Il-vot tal-ligima jkunx sodisfatt jekk dawn ikunu sparpaljati l' hawn u l'hinn b'mod li wiehed irid joqghod jistadghalihom biex forsi jindividwhom.

Hekk ukoll, meta r-ragunijiet ta' l-appell ikunu inkomprensibbli, gie ritenut li r-rikors huwa null.

Huwa evidenti li l-motivi indikati (tal-appell) ghandhom ikunu specifikati w konkreti u mhux semplici dikjarazzjoni ta' ideja vaga u indeterminata li tirrendi necessarja tfittxija biex il-gudikant jistabilixxi n-natura vera tal-motiv tal-appell; ghaxinkella l-motiv ma jkunx jiftiehem u ma jissodisfax l-iskop li ghalih huwa ntiz mill-ligi.

Il-fatti fil-qosor ghandhom ikunu migburin f' paragrafu "ad hoc", biex mir-rikors u minghajr in-necessita' ta' riferenza ghall-atti tal-process, ikunu jiftehmu ghall-ahjar zvilupp tar-rikors.

Il-fatti fil-qosor u l-motivi tal-appell huma zewg rekwiziti li ma jigux sostitwiti wiehed b' l-iehor.

Bil-"fatti fil-qosor" wiehed jifhem il-fatti saljenti tal-kaz, esposti b'mod car izda koncizu b'tali mod li kemm l-intimat kif ukoll il-Qorti ikunu jistghu mill-ewwel jaqbdu x'inhuma l-fatti kif allegati mill-istess appellant. Ma jkunx sodisfatt il-vot tal-artikolu 419 (1) (a) jekk il-fattijew ikunu sparpaljati 'l hawn u 'l hinn jew ikunu maghguna mall-aggravji. Bhal ma indikazzjoni tal-aggravji ma tistax issir b'semplici riferenza ghall-fatti, hekk ukoll il-fatti jridu jkunu esposti indipendentement mill-aggravji.

Ma hux il-kompitu tal-Qorti li tispigola l-fatti mill-aggravji. Il-fatti saljenti, taht piena ta' nullita' iridu jigu esposti mill-appellant b'mod car u komplet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info